jesusandmary

 

 

IL-QADDEJ FIDILI

Re ried imur minn post ghal iehor fis-saltna tieghu li kellha territorju kbir hafna. Biex jaghmel hekk htieglu li jaqsam id-dezert. Mieghu takkompanjah kellu karovana ta' qaddejja u ministri. Izda gara li l-vjagg ha iktar milli kien mistenni u kien spiccalhom l-ilma. L-oasi mnejn setghu jimlew mill-gdid l-ilma ma kienx ‘l boghod. Ftit sighat ohra u jaslu. Kulhadd kellu jaghmel ftit tas-sagrificcju izda wiehed mill-iglma  ma felahx aktar waqa u miet. Il-kaxxa kbira li kellu fuq dahru waqghet mieghu ukoll u inkisret u minnha hargu kwantita' kbira ta' djamanti u perli prezzjuzi li tferrxu fuq ir-ramel u  xi uhud minnhom sahansitra indifnu taht il-wicc.




Ir-re ma thawwadx ghal din id-disgrazzja u qal lill-qaddejja u l-ministri tieghu: " Kortigjani dak il-hagar prezzjuz huma taghkom, fittxuhom, u dak li ssibu huduh. Pero' jiena ser nkompli it-triq." U mexa mhux hazin. Haseb li kulhadd qaghad ifittex il-fortunata u hallewh wahdu. U min kien ser ihalli dik l-opportunita' tghaddi minghajr ma jiehu dak ic-cans biex isir sinjur u hajtu jibdilha minn lejl ghan-nhar? Izda ma damx wisq ma beda' jisma' xi passi warajh. Dawwar wiccu u sab li qaddejj wiehed biss baqa' jimxi warajh. Kien qaddej tassew fidil.

Ir-re staqsieh: " Ghaliex ma ghamiltx bhal l-ohrajn u bqajt hemm tigbor il-hagar prezzjuz?"

Wiegeb il-qaddej : " Jien nimxi wara r-re tieghi. Minnu biss jimpurtani. Dak biss jibdilli hajti."

Kemm minna lesti li jwiegbu bhal dak il-qaddejj fidili u jghid lis-sultan tieghu, Gesu' Kristu: " Jien biss warajk irrid nimxi. Minnek biss jimpurtani. Inti tista' tibdilli hajti." Hekk weghdnih fil-Maghmudija taghna li hu ikun is-sultan taghna u ahna nimxu warajh, billi naghmlu opri tajba u nichdu lix-xitan u l-opri hziena tieghu.

Imma ahna minn dawk li t-tlellix tad-dinja jghamina u ninsew lil Imghallem taghna? Nibdlu s-shih mar-rih kif jghidilna l-qawl Malti. Bosta drabi nipperswadu ruhna li l-gid tad-dinja ser jibdlilna hajjitna; izda le, hu biss Kristu li jista' jgib din il-bidla f'hajjitna. Hu gie fid-dinja biex jiksbilna l-hajja ta' dejjem bit-tbatijiet tieghu u jaghmilna werrieta tal-premju ta' dejjem. Dak hu il-hagar u d-djamanti u perli prezzjuzi

Make a free website with Yola