jesusandmary

 

 

Il-Qrar hu bhal gomma li thassar il-kitba zbaljata. 

 

Matul is-snin 1860, il-poplu kien ghadu jikteb bil-pinna u l-inka, minkejja li Joseph Dixon introduca l-ewwel lapsijiet bil-faham iebes fis-sena 1829. Kien natul iz-zminijiet tas-snin tal-gwerra civili li kien hemm talba ghal strument ta' kitba nadif, li tista iggoru kullimikien minghajr inkonvenjent u li kien ghodda xotta ghall-kitba. Din l-introduzzjoni fis-suq ta' dan l-istrument ta' kitba kienet success kbir hafna tant li kienu jipproducu mat- 86,000 lapes kuljum.

Sa minn dak iz-zmien ta' Joseph Dixon il-lapes ftit ra tibdil fi-manufattura tieghu hlief ghall-gomma mizjuda fit-tarf ta' fuq tieghu. Ahseb ftit fuq dan l-istrument uniku ta' kitba. F'tarf wiehed ghandek issib ponta sewda iebsa u fuq in-naha l-ohra gomma zghira. Din l-ghodda isservi lill- bniedem, biex jikteb, ihazzez, ipingi, jahdem somom kumplikati jew jikkomponi muzika, stejjer jew poezija. Imma daqshekk iehor jista' malajr jikkoregi zball, ibiddel figura jew jibda mill-gdid il-kitba.

Kuljum in-nisrani jikteb kliem u ghemejjel fuq il-kotba ta' l-istorja personali tieghu. Imma hekk kif jahseb x'ghamel u qal huwa jsib li xi ftit milli kiteb ma hux ta' kwalita' li joghgob lil Mulej. Jiftakar fuq azzjonijiet u ghemejjel li suppost qatt ma kienu parti mill-hajja ta' wiehed li jemmen u jixhed ghal Kristu. Madankollu dawn id-dnubiet ikun mahfura u l-hbiberija ma' Alla akkwistata mill-gdid hekk kif nuru indiema u nircievu s-sagrament tal-Qrar.

Nistghu nhassru l-izbalji taghna bil-gomma tal-Qrar li hija l-hamrija fertili fejn il-mahfra tiffjorixxi u hija abbundanti.

Nizzukhajr Mulej li meta naqghu
Mill-gdid nistghu nibdew
Jekk dnubietna umli nistqarru.
Bil-fidwa tieghek nergghu ninfdew .

Make a free website with Yola