jesusandmary

 

 

 illum

 

Illum hu tieghi, il-bierah ghadda u ghada ma nafx ser jigri minni.

 

Illum niftakar li din il-gurnata tghaddi u qatt mhu ser terga’ tigi lura. Ghaldaqstant ma nahlix zmien.

 

Illum naghmel kollox bil-kuragg. Bil-kuragg zgur li nirbah kull ostaklu, nirnexxi u jkolli rizultati tajbin.

 

Illum nuza’ iz-zmien biex ninvesti f’hajja ahjar, kemm dik spiritwali kif ukoll dik materjali.

 

Illum infittex li nhares lejn ic-cirkustanzi tal-hajja b’mod posittiv u ottimist; it-tbissima fuq wicci ikun il-mezz kif jiena nirbah lid-dinja u nzomm attitudni pozittiva.

 

Illum nifhem il-realta’ tal-hajja billi nzomm saqajja ma’ l-art.

 

Illum inwassal messagg ta’ ferh lil ta’ madwari, fuq ix-xoghol u fil-familja.

 

Illum nghixhu bis-sabih tieghu u nnissel fija tama li ghada jkun isbah.

Make a free website with Yola