jesusandmary

 

 

 In-Naghga

 

Appena giet mahluqa in-nghaga skopriet li kienet l-aktar animal dghajjef fost kemm kien l-annimali. Kienet tghix kontinwament fi stat ta’ biza’ u ansieta’, tistenna li minn mument ghal iehor xi animal selvagg jahtafha u jaghmel ikla minnha. Ma kienitx taf tiddefendi lilha nnifsha.

Marret quddiem il-Hallieq taghha u rrakkontatlu l-inkwiet li fih kienet tinsab.

“Fi ftit kliem trid xi haga biex tiddefendi lilek nnifsek, hux hekk?” qalilha il-Kreatur.

“Iva”

“Xi tghid li kieku jiena naghtik par sinniet fuq quddiem li jaqtghu u jcarrtu.”

“Le mhux tajjeb ghax ma inkunx nista’ niekol il-haxix. Barra minn hekk jahsbuni animal kiefer.”

“Tajjeb”, qalilha l-Mulej,” tridx intik para dwiefer biex tigref l-attakkanti tieghek.”

“Le, ghax tigini x-xewqa li nuzhom ghal xejn b’xejn u nidher kattiva.”

“Mela allura,” tenna l-Mulej kollu pacenzja,” naghtik velenu fil-bzieq tieghek.”

“Le, le,” wegbitu n-nghaga,” ghaliex hekk jahsbuni xi serp u kullhad jibda’ jahrabni.”

“Allura ntik zewg qrun kbar. Xi tghid?”

“Anqas, ghax hadd ma jibqa’ jikkarezzani.”

“Imma biex tiddfendi lilek nnifsek trid xi haga.”

“Biex naghmel deni lil xi hadd? Ma jkun qatt. Ma nistax naghmel deni li hadd. Kulhadd jafni bhala animal docli. Ahjar nibqa’kif jien. Grazzi Mulej.”

Kultant ahna nixbhu lil dawn l-annimali zghar. Ma ghandna xejn x’iharisna. Nahsbu li l-kattivita’ tista’ tkun il-mezz ta’ helsien izda verament nkunu hielsa meta fina nikkultivaw l-umanita’: il-hila li nhobbu u naccettaw l-imhabba li haddiehor jixtieq joffrilna. Mhux l-ebusija tal-qalb li taghtina il-qawwa, izda it-tenerezza u s-sensittivita’ li tressaq il-qlub lejn xulxin u tizra’ fihom karattru sod u helu.

Make a free website with Yola