jesusandmary

 

 IR-REGINA JEW KRISTU ?

 

  Wahda regina hasset li kien zmienha kienet ghamlitu fuq it-tron u ghaldaqstant abdikat u halliet ir-renju f'idejn binha.  Kienet regina mahbuba mis-sudditi ghax kienet taf tmexxi bil-hlewwa u gabitilhom hafna prosperita'.

 Xtaqet tghaddi l-ahhar zmien ta' hajjitha tghix mas-sudditi taghha fid-djar taghhom. Ghalhekk minn zmien ghal iehor kienet tistieden ruhha b'idejha ghand xi hadd u tghaddi gimgha ghandu.

 Ghazlet gimgha fis-sajf biex tghaddiha ghand wahda armla. Din laqghetha kif kien jixirqilha mara illustri bhal dik.

 Xi nies tat-triq taghha li ma kienux ta' l-istess fehemha religjuza taghha kienu spiss jigbdulha saqajha biex jikkritikawha fuq dak li temmen.   Ghalhekk staqsewha: " Liema l-aktar persuna ghal qalbek  li ilqajt go darek ?"

 Bil-kalma kollha wegbithom: "Lir-Regina."

 Daru fuqha u qalulha: " Inti turi wicc b'iehor.  Issa warrabtu lil Kristu li temmen fih?"

 Wara li halliethom jghidu taghhom wegbithom bla tlaqlieq: " Kristu mhux il-mistieden tieghi izda joqghod go dari lejl u nhar, il-jiem kollha tas-sena."

 Dawk ghalqu halqhom u hallewha bi kwietha.

 Jezistu tlett tipi ta' bnedmin:

 1. dawk li il Kristu ma jridux jafu bih u jwarrbuh ghal kollox minn hajjithom.

 2. dawk li jistednuh biex jidhol go darhom f'xi okazzjoni specjali nghidu ahna zmien il-Ghid, zmien il-Milied, Maghmudija, funeral etc, imbaghad jkeccuh bid-dnub.

 3. dawk li jriduh joqghod maghhom il-jiem kollha ta' hajjithom ghaliex minghajru huma ma jistghu jaghmlu xejn. Hu kollox ghalihom.

 Ahna taht liema tip naqghu?

Make a free website with Yola