jesusandmary

 

 

Is-Salib

 

Wiehed ragel dahal id-dar ghajjien mejjet mit-toqol tax-xoghol tal-jum. Qaghad jistrieh wara t-tieqa u lemah hafna nies ghaddejjin b'pass mghaggel. Ohrajn kienu madwar xi medja gewwa hanut tax-xorb jnizzlu xi grokk jew tnejn filwaqt li ohrajn kien ghaddejjin jigru bil-karozzi sbieh taghhom. Qal bejnu u bejn ruhu: "Dawk ma jafux x'inhi t-tbatija. Kollox ward u zghar ghalihom dawk. Kieku kellhom is-salib tieghi kieku....." Meta il-Mulej xeba' jisma it-tgergir tieghu qaghad jistennih fuq l-ghatba tad-dar tieghu. Ir-ragel mill-ewwel gharfu lil Mulej u qallu: " X'salib tqil tajtni Mulej.? Ipprova kkunslani. Ahjar tibdiluli."

Il-Mulej tbissem u qallu biex jimxi warajh. Malajr dahlu go grotta mimlija slaleb ta' kull kwalita u daqs. Kien hemm slaleb kbar u ohrajn zghar, tal-fidda u tad-deheb sahansitra miksija bil-djamanti u hagar prezzjuz, slaleb dritti u ohrajn mghawga. "Ghazel inti', qallu l-Mulej, " Dak li jghogbok hudu flok li ghandek." Ir-ragel neza' dak li kellu u tefghu f'rokna. Ipprova wiehed sabih bid-djamanti u tad-deheb izda kien kollu responsabiltajiet, ipprova iehor zghir izda sabu skomdu meta kien jimxi bih. Libes salib lixx izda sab li kien iniggezz u nehhih malajr. Fi ftit kliem ipprova hafna u hafna slaleb ohra izda f'kull wiehed sab xi jghid. Waqt li kien hiereg ra wiehed nofs uzat u mar fittex jilbsu qabel xi hadd iehor jitwebbel jiehdu hu. Donnu kien is-salib ghalih. "Dan ser niehu Mulej. Joqghodli perfett." Il-Mulej mill-gdid tbissimlu, taptaplu fuq spallejh u hallieh imur lejn daru. Dak il-hin ir-ragel induna li kien is-salib antik tieghu. Dak li rema meta dahal fil-grotta. U baqa' jgorru hajtu kollha.

Is-salib li jaghtina il-Mulej hu dak addatat ghalina.. Il-Mulej ma jghabbiniex b'toqol li ma nifilhux ghalih. Inhalluh jahdem Hu fina minghajr ma ngergru kontra d-dispozzizjoniet divini tieghu

Make a free website with Yola