It-Tbissima
Darba kien hemm tbissima li kienet qed iddur pajjiz pajjiz madwar id-dinja.
Kienet tbissima gejja mill-qalb u ferriehija kif suppost li tkunu kultant kienet issaffar. Jum wiehed waslet go belt fejn il-hajja kienet mghaggla u l-abitanti jigru ‘l hemm u l' hawn biex ilhaqqu mal-hin tal-jum u jaqdu kull htiega li kellhom fl-iqsar kien possibli. Hadd ma kellu ebda hin ghal hadd. I-traffiku kien qisu haga tal-genn.
Kienet qed tistena li jidher id-dawl l-ahdar fuq it-"traffic lights" biex tghaddi ghan-naha l-ohra tat-triq meta f'daqqa wahda karozza tidhol fuq ta' quddiemha. Il-vetturi waqfu mill-ewwel, infethu t-twieqi u mill-karozza ta' quddiem deher is-sewwieq hiereg bir-rawgha f'halqu. F'hakka t'ghajn it-tbissima griet ghal fuq fomm is-sewwieq u tat lil wicc dehra ta' hbiberija u disponibilita'.
Il-mara imbezzgha ghax kienet qed tistenna ragel b'idejh mghaqqda f'ponn u bir-rawgha f'halqu, baqghet miblugha u sorpriza. Imbaghad tbissmet ukoll.
"Nitolbok skuza, hija htija tieghi," stqarret il-mara."Hwejjeg li jigru! Pacenzja..." wiegeb lura r-ragel. " Tidher ghandek qata. Imxi mmorru niehdu kafe."
U t-tbissima kompliet fi trieqtha gol-belt.
Tbissem l-impjegat tal-posta u mieghu il-kju tan-nies li kien hemm jistennew biex jinqdew.
Poggiet fuq il-wicc ta'ghalliem u l-istudenti bdew joqghodu aktar attenti ghall-lezzjonijiet.
Waqqfet fuq il-wicc ta' tabib fil-poliklinika u bil-pariri mimlija hlewwa il-pazjenti marru lura lejn djarhom ahjar milli dahlu.
Misset lil kap ta' ufficju, il-kaxxiera tas-supermarket, lir-ragel li rritorna d-dar wara jum xoghol iebes u tbissem lil martu li kienet qed tisstenieh herqana, lil zewgt itfal li dejjem kienu jiggieldu lil xulxin ......
Fil-ghaxija it-tbissima telqet mill-belt. Kienet xiftit ghajjiena, imam n-nies tal-belt kienu aktar ferhana u jghixu ma' xulxin fil-paci.
Tbissima kapaci tbiddel l-ambjent u taghmlu seren u thalli hafna gid.