jesusandmary

 

 

It-Tlett Mirakli.

Amerikan dahal go bar u talab lill-tal-hunut biex itih grokk whisky. Waqt li kien qed jixorbu, tefa harstu lejn rokna fil-hanut u hemm lemah ragel qed jixrob tazza imbid. "Min hu dak ir-ragel hem fir-rokna? " staqsa l-Amerikan lil tal-bar. "Dak Gesu' qed jixrob tazza imbid." "Aghmillu tazza ohra ."

Taljan, prezenti ukoll fil-hanut kien qed jixrob grokk whisky ukoll u bhal l-Amerikan kurjuz minn kien dak ir-ragel tar-rokna staqsa lil tal-bar fuqu. "Dak Gesu' kien ghaddej minn hawn u dahal jaghmlilna zjara u issa qed jistrieh jixrob tazza imbid." "Aghmillu tazza ohra."

Malti li kien ukoll fil-hanut jixrob l-imbid qam minn postu, resaq lejn tal-hanut u qallu: " Dak ir-ragel tar-rokna, qatt ma deher 'l hawn. Jidher li huwa barrani. Min hu propjament?"

"Dak Kristu li dahal jiehu qatra imbid bhalek." " Aghmillu tazza imbid. Hekk jixraqlu l-imghallem Divin taghna."

Kristu wara li xorob dak li offrewlu, qam u ried issa jirreciproka hu. Resaq fuq l-Amerikan u qallu: “X'tixtieq u jiena naghtik."

"Bhalissa qed inbati minn marda gravi hafna. Spiss idahhluni l-isptar kawza tal-lukemja."

Wiegbu Gesu': " Ejja nghidu talba flimkien u inti tfieq." Hekk ghamlu u l-Amerikan hass go fih li hu kien fieq.

Resaq issa Gesu' fuq it-Taljan u qallu: "Ara habib x'tixtieq u jiena naghtik."

"Kieku nixtieq li nfieq mill-emikranja ghax spiss jaqbduni ugighat f'rasi li bihom inhossni ser niggennen."

"Ara ejja nghidu talba flimkien u inti tfieq." Hekk ghamlu u t-Taljan hass li fih saret bidla ghal ahjar.

Imbaghad Gesu' resaq fuq il-Malti u qallu: "Ghidli ftit inti tixtieq xi haga."

"Jiena inhossni sgangat. Inhoss ugiegh kbir f'gismi."

Qallu Gesu: " Ejja nghidu talba flimkien u inti tfieq."

"Wiegbu malajr, malajr il-Malti: " Le Gesu' hallini kif jien, ghax il-gimgha d-diehla ser nghaddi bord u nohrog mix-xoghol."

Din hija l-istorja taghna ilkoll. Kien hemm xi mumenti f'hajjitna li Kristu ried jigborna mieghu u ahna ghal xi raguni jew ohra hrabnilu. Kemm konna boloh li bdilna is-shih mar-rih.

Make a free website with Yola