jesusandmary

 

L-AHJAR TE FIL-GAPPUN


Kien hemm grupp ta’ anzjani fil-Gappun li kienu jiltqaghu flimkien u waqt li jitkellmu fuq l-esperjenzi taghhom taz-zmien kemm ta’ l-imghoddi  kif ukoll tal-prezent, kienu jaghmlu dan waqt li jixorbu t-te.

U kull wiehed minnhom kien jara kif jaghmel biex isib u jhallat tipi differenti ta’ te li jpaxxi t-toghma taghhom.

Meta kien imissu l-ixjeh membru tal-grupp li jservi t-te, huwa servieh bl-akbar ceremonja filwaqt li wizen il-weraq minn bott tat-te tad-deheb.

Kulhadd ghogbu t-te li serva u kellhom kull tifhir ghall-mod kif ghamlu. Ikoll staqsew kif irnexxilu jaghmel dik it-ta
hlita ta’ weraq tat-te’.

L-anzjan tbissen u qalilhom: “ Sinjuri, it-te li tant ghogobkom huwa t-te li jixorbu l-haddiema ta’ l-ghelieqi tieghi.”


L-ahjar hwejjeg fil-hajja la huma gholjin u anqas difficli biex issibhom.

 

 

Make a free website with Yola