jesusandmary

 

 

L-AHJAR TRADUZZJONI TAL-BIBBJA

Erba sacerdoti kienu qed jiddiskutu flimkien il-merti ta’ diversi traddizzjonijiet tal-Bibbja. Wiehed qal li tghogbu l-aktar il-versjoni ta’ Re Gakbu ghaliex hija mirquma b’lingwa sabiha u semplici.

Iehor kienet tghogbu l-Versjoni Amerikana ghaliex kif qal hu toqrob hafna lejn il-Griek u l-Ebrajk.

It-tielet wiehed kien favur it-traduzzjoni ta’ Moffat ghaliex il-kliem taghha kienu dawk l-aktar ricenti.

Ir-raba wiehed baqa’ sieket. Meta qalulu biex jesprimi l-opinjoni tieghu wiegeb: L-aktar li tghogobni hija t-traduzzjoni ta’ ommi.” L-ohrajn baqghu mistghagba bir-risposta tieghu u staqsewh x’ried ifisser dak il-kliem.

“Ommi,” wegibhom , “ qalbet il-bibbja mhux biss bi kliemha meta kienet tirrakontalna il-grajjiet taghha bi kliem semplici li ahna konna niehdu gost nisimghuhom, izda kienet titraduci dak li tirrakonta bl-ezempju taghha. U dik kienet l-aktar traduzzjoni konvincenti li qatt rajt.”

Riflessjoni

L-imhabba lejn il-kelma t’Alla trid tibda u timbena mill-familja.

Tibda meta il-genituri jnisslu sens ta’ interess lejn il-kelma t’Alla jew il-Bibbja.

Timbena meta dak li jinghad jew jinqara ikun imsejjes bl-ezempju.

Make a free website with Yola