jesusandmary

 

 

 L-ARLOGG MITLUF

Gabilott indjan li tilef l-arlogg fil-mahzen tat-tiben. Kien arlogg li ghalih kellu valur sentimentali. Dam ifittxu u wara hafna qata’ qalbu.

Sejjah xi tfal li kienu qed jilghabu vicin u talabhom l-ghajnuna bil-weghda ta’ rigal sabih ghal min jirnexxilu jsibu. It-tfal imhajra bil-weghda ta’ rigal bdew ifittxu ‘l hemm u ‘l hawn, taht it-tiben u f’kull rokna. Imma meta raw li kien kollu ta’ xejn marru qalulu li ma setghux isibuh.

Pero’ tifel zghir talbu ftit hin aktar ghax kien cert li ser isibu. Il-gabilott tah harsa u meta ra s-sincerita’ tat-tifel wiegbu : “Ghaliex le?” Ftit tal-hin wara t-tfajjel gie lura bl-arlogg.

Ir-ragel ferah. tah il-premju u staqsieh kif ghamel biex irnexxilu fejn haddiehor falla. “Semplici,” wiegbu lura. “ Qaghdt bil-qieghda fl-art u qaghdt fis-silenzju nipprova nisma t-tektik ta’ l-arlogg u minn fejn kien gej. Qabel ma stajtx naghmel hekk billi l-istorbju ta’ shabi kien qed itellifini. Imxejt mad-direzzjoni minn fejn kien gej il-hoss tat-tektik u sibtu”

 

Mohh fil-paci jahseb u jahdem ahjar minn wiehed ghajjien bix-xoghol. Aghti ftit minuti tas-silenzju lil mohhok kull jum u tara kemm dan l-ezercizzju jghinek biex torganizza hajtek kif tixtieq inti.

Make a free website with Yola