jesusandmary

 

 L-IBEN


Il-kappillan tal-knisja qam bil-wieqfa u mar fuq il-pulptu u ntroduca habib tieghu, direttur ta’ ghaqda religjuza, li xtaq li jaghmel kelmtejn lill-fidili migbura ghas-servizz liturgiku ta’ dik il-gurnata. “Dan hu habib kbir tieghi li jiena nistiednu li jitla’ hawn biex jaqsam maghkom  hsieb qasir.”

 

  Ir-ragel ghalkemm imdahhal fiz-zmien kien ghadu fuq tieghu, tela’ fuq il-pulptu u fetah fommu biex jibda’ il-messagg tieghu: “ Ragel, ibnu u habib ta’ ibnu kienu fuq dghajsa, ‘l barra mill-kosta jistadju ghall-hut, meta hadithom ghal gharrieda maltempata. Il-missier ghalkemm bahri tajjeb ma setghax jikkontrolla d-dghajsa biex tibqa’ wieqfa u din inqalbet bin-nies ta’ go fiha.”

Zewgt itfal imfarfrin kienu attenti hafna ghal din il-grajja u dehru nteressati kif ser tispicca. Kompla d-direttur: “ Il-missier hataf habel imma kellu jaghmel decizjoni mportanti ta’ hajtu. Lil liema tifel ser jitfa’ il-habel? Sekondi biss kellu biex jasal ghal decizjoni. Il-missier kien jaf li ibnu kien kristjan u habib ibnu kien imbieghed mill-knisja. Filwaqt li lil ibnu qallu b’ghajta kbira u mahnuqa: Inhobbok ibni, tefa’ il-habel lil habib ta’ ibnu. Sakemm gibed lil habib ibnu lejn id-dghajsa maqluba, ibnu gheb taht il-mewg qalil. Il-gisem ta’ ibnu qatt ma instab.”

Kompla l-mistieden: “ Missieru kien jaf li ibnu ser jidhol fl-eternita’ ma’ Gesu’, imma ma setghax inizzel il-hsieb li l-habib ta’ ibnu jidhol fl-eternita’ minghajr Gesu’. U ghalhekk issagrifika lil ibnu biex isalva hajjet habib ibnu. Kemm hi kbira l-imhabba ta’ Alla  li ghamel l-istess haga maghna. Missierna tas-smewwiet ta lil Iben il-wahdieni tieghu biex ahna nkunu mifdija mid-dnub u nakkwistaw is-salvazzjoni ta’ ruhna. Nitlobkom li taccettaw l-offerta tieghu u taqbdu mal-habel li jsalvakom.”

Hekk kif temm dak li kellu jghid, ir-ragel rega’ lura lejn postu u l-kappillan mar lura fuq l-pulptu biex itemm is-servizz b’xi kant ta’ l-ahhar. Iz-zewg zaghzagh minghajr telf ta’ zmien marru fuq id-direttur u qalulu minghajr ma qaghdu jduru mal-lewza: “ Storja sabiha din tieghek, imma ma tantx hi realistika li missier jsalva lill-habib ta’ ibnu u jhalli lil ibnu jintilef semplicemenet ghax dan il-habib kien imbieghed mill-knisja.”

 “Rimarka tajba hafna,” qal id-direttur,” Ma tantx hi realistika, veru. Jiena llum nista’ nghidlkom li jiena l-missier li tlift lil ibni imma akkwistajt lil habibu ghal Alla. Dan hu l-kappilan taghkom.”

Nifhmu tajjeb il-kliem ta’ Kristu li “Alla hekk habb lid-dinja li ta lil Iben il-Wahdieni tieghu sabiex min jemmen fih ma jintilifx izda jkollu l-hajja ta’ dejjem.” 

Ahna ghandna Salvatur quddiem Alla dejjem haj, jidhol ghalina quddiem Missieru. Niehdu din l-oppurtunita’ biex bis-sahha tieghu nahdmu s-salvazzjoni ta’ ruhna. Niggranfaw u naqbdu minghajr ma nhallu l-habel li jsalvana.



Make a free website with Yola