L-IMHABBA
Darba wahda l-emozzjonijiet tal-bniedem kollha kienu fuq vakanza fuq gzira. Kull emozzjoni kienet qed tiehu gost . F’daqqa wahda bla mistenni waslet l-ahbar li l-gzira kienet ser tintlaqat b’maltempata kbira hekk li kulhadd inghata parir biex jitlaq.
Inqala’ paniku kbir. Kulhadd gera lejn id-dghajjes biex jaharbu. Imma l-Imhabba ma kellhiex ghaggla biex tahrab ghax kien ghada fadal hafna xoghol xi twettaq fuq il-gzira. Imma hekk kif is-shab beda’ jingemgha u s-sema sar iswed kellha tahseb biex titlaq, izda l-anqas biss dghajsa wahda ma kien fadal. Ittamat.
Il-Prosperita’ ghaddiet b’dghajsa lussuza. L-Imhabba ghajtitilha: “Prosperita’ hudni fuq id-dghajsa tieghek.”
“Le ma nistax ghax id-dghajsa tieghi hija mimlija rikezzi, deheb u fidda. Ma hemmx post ghalik’,” wegbitha l-Prosperita.
Ftit wara ghaddiet il-Vanita’ fuq dghajsa sabieha hafna. Ghajtet l-Imhabba: “ Vanita’ tini passagg fuq id-dghajsa tieghek.”
Imma l-Vanita’ wegbitha: “ Ma nistax ghax wisq nibza’ li saqajk kif inhuma bit-tajn ihammguli d-dghajsa.”
Ghaddiet id-Dieqa u din ukoll irrifjutat li tatiha passagg. Qaltilha: “ Ma nistax. Inhossni qalbi sewda u nixtieq noqghod wahdi”
Meta ftit tal-minuti wara ghadda l-Ferh, l-Imhabba ghajtet ghal ghajnuna, imma l-Ferh tant kien ferhan li ma tax kaz li jdawwar wiccu. Ma impurtah min hadd.
L-Imhabba bdiet ittiha rasha. Imma bla ma kienet qed tistenna xi hadd ghajtilha. Minghajr ma qaghdet tara min kien qabzet fid-dghajsa biex tasal f’post bla periklu.
Meta qabzet mid-dghajsa l-Imhabba ltaqghet ma’ l-Gherf u staqsietu min kien dak li taha passagg meta hadd ma ried jaf biha. L-Gherf tbissem u wiegeb: “Iz-Zmien.”
“U ghaliex iz-Zmien waqaf biex jigborni u johodni fejn ma kienx hemm periklu?” staqsiet l-Imhabba.
L-Gherf tbissem ghal darb’ohra u b’ghaqal kbir qalilha: “ Ghaliex hu biss iz-Zmien li jaf is-siwi tieghek u x’kapaci Inti taghmel. Inti biss l-Imhabba tista’ iggib il-paci u l-ferh lil umanita”
Il-morali ta’ din l-istorja hija li meta ahna jkollna l-prosperita’ nwarrbu l-Imhabba, meta nhossuni mportanti ninsew l-Imhabba, fil-Ferh u d-Dieqa ninsew ukoll l-Imhabba. Iz-Zmien biss igaghlna nifhmu l-importanza ta’ l-Imhabba.
Ghaliex tistenna daqshekk fit-tul?
Ghaliex ma taghmilx l-Imhabba parti minn hajtek il-lum stess?