jesusandmary

 

LIBBRA BUTIR

Kien hemm bidwi li biegh libbra butir lil wiehed furnar. Jum wiehed il-furnar ried jara jekk il-bidwi kienx tassew qed jaghtih libbra butir u sab li wara li wizen il-pakket tal-butir, dan ma kienx fih libbra, izda nieqes.

Dan irrabja hafna u tella’ lill-bidwi l-qorti. L-imhallef staqsa lill-bidwi jekk kienx qed juza’ xi misura qabel ibiegh l-prodott tieghu lil tal-forn. “Sur imhallef jiena primittiv wisq. Ma nuzax kejl, ghalkemm ghandi mizien. “

“Allura kif tizen il-butir?”

Wiegeb il-bidwi: “ Sur imhallef, zmien hafna qabel il-furnar kien jixtri l-butir minghandi, jiena kont nixtri hobza ta’ libbra minghandu. Kuljum meta l-furnar kien igibli l-hobza ta’ libbra kont nizinha fuq il-mizien u naghtih lura l-istess toqol ta’ butir. Jekk hemm xi hadd hati dan hu l-furnar.”

Ahna nircievu f’hajjitna dak li nizirghu matulha. Meta tkun ser taghmel xi haga staqsi lilek innifsek: Jiena qed inkun gust ma’ dak li qed ihaddimni? Qed naghti valur ta’ servizz ghall-flus li qed nircievi? L-Onesta u d-Dizonesta’ isiru abitudni fina. Xi whud jipprattikaw id-dizonesta’ u jghidu gideb bil-miftuh. Ohrajn tant jghixu fil-gidba li anqas jafu biss x’inhija jew fejn toqghod il-verita'. Imma b’min qed jidqhu? Bihom infushom.

Make a free website with Yola