jesusandmary

 

 

JIENA NORQOD FIL-FOND META JONFOH IR-RIH.

Sid ta' ghelieqi kbar spiss kien igib avizzi biex jikri haddiema ghal ghalqa tieghu minhabba li hafna mill-haddiema li jibdew jahdmu mieghu kienu wara ftit jitilquh ghaliex, minhabba r-rih qawwi li kien jaghmel f'dawk l-inhawi dawn il-haddiema ma kienux jistghu jorqdu matul il-lejl.

Fl-ahhar sab wiehed u staqsieh: Inti tifhem fix-xoghol tar-raba?

L-applikant wiegbu:  Jiena norqod fil-fond u allura r-rih qawwi ma jfixkilnix.

Sid l-ghelieqi hass konfondut b'din it-twegiba imma billi kien ghatxan ghall-haddiema ingaggah. Maz-zmien sab li kien ghamel ghazla tajba; il-haddiem kien biezel, jaghmel dmiru sew u dejjem fuq xoghlu.

Lejla wahda beda jonfoh bil-qawwi u sid l-ghelieqi mar fejn jorqdu l-haddiema, sab lil dan il-haddiem u wara li qajmu qallu: Qum. Gejja maltempata tar-rih. Aqfel kollox sew qabel ma jilhaqna r-rih u jtarilna kollox.

L-iehor wiegbu: Le sidi jiena ghidtlek li fir-rih norqod fil-fond u ma jfixkilnix.

U dar in-naha l-ohra biex jerga' jorqod.

Sid l-ghelieqi ntela’ qilla ghal dik ir-risposta u biex ma jahlix hin mar jara li kollox hu kif ghandu jkun: il-bibien ta' l-istallel maghluq seww u mbarrati, u dak kollu li seta’ jtir bil-qawwa tar-riefnu kien marbut hekk tajjeb li xejn ma kien ser icaqalqu.

Imbaghad fehem sid l-ghelieqi dak li kien qallu l-applikant li fir- rih qawwi hu jorqod fil-fond. Kollox kien ikun f'postu u sew ghal dak li jista' jinqala' fil-gejjieni.

Ghaqlin nkunu meta ahna dejjem inkunu ippreparati, bil-bagalji lesti kif kien ihobb jghid il-Papa Giovanni XXIII.  Il-mewt ma tkunx ghalina pass ta' biza' izda moghdija minn hajja ghal ohra.

Make a free website with Yola