jesusandmary

 

 L-Onesta' l-ahjar Pulitika.

 

Ir-re Matthias kellu qaddej jismu Willy, qaddejj ghal qalbu hafna ghax kien bniedem sincier u fih il-gidba ma kienitx tezisti. Dan il-qaddejj kien jiehu hsieb il-merhla tas-sultan. Jum minnhom ir-re Matthias kellu mistieden lil habib tieghu, ir-re Wanga u d-diskors waqa' fuq is-sincerita' tal-qaddej. Ir-re Wanga ma emminx u ried prova ta' dan u waslu biex dawn it-tnejn ghamlu imhatra fuq is-sincerita' ta' Willy.

Ir-re Wanga mar hdejn Willy u talbu jaghtih il-harufa preferita tas-sultan. Biex ihajru gab mieghu kemxa flus tad-deheb sewwa izda Willy baqa' sod f'fehmtu. Willy qal lir-re Wanga li ma kienx ser jaghtih anqas ghad-doppju dak li kien tas-sultan tieghu. Barra minn hekk ma kienx ser jigdeb lir-re u jghidlu li l-harufa harbitlu jew serquhielu jew xi nuqqas ta' verita' ohra. Meta ra li ma irnexxilux, ir-re Wanga baghat lit-tifla tieghu, xebba sabiha, ghadha zaghzugha. Maghha hadet flus tad-deheb u flixkun imbid tajjeb. Hajritu biex jaghtiha il-harufa izda hu ma riedx. Wara li sfurzatu u rat li kien kollu ta' xejn tatu jixrob l-imbid li bhalu qatt ma kien daq. L-imbid hadu xi ftit u meta rat li dak kien il-mument addatat regghet talbitu mill-gdid il-harufa. Hu baqa' jirrifjuta izda meta l-imbid ghamel tieghu Willy talabha biex tbusu fuq mohhu bhalma kienet taghmel ommu qabel ma mietet. Il-principessa dlonk ghamlet kif talabha u biex izomm kelmtu taha l-harufa. Izda hija rieditha bbalzmata. Qatel il-harufa u tahielha biex tibbalzmaha. Meta gie f'tieghu ra l-izball li kien ghamel u ghela bil-kif li ma setghax jirrangah.

Kif ser jaqbad jghid lir-re? Tghid jghidlu li l-ghadu qatilhielu? Jew waqghet go bir u mietet mgharrqa? Le, ebda skuza ma kienet valida.

Mar quddiem ir-re li dak il-hin kien qed jippranza mar-re Wanga u bintu u qallu: "Maesta' Partatt il-harufa favorita tieghek ma' wahda sewda tiswa hafna aktar."

"U fejn hi din il-harufa sewda?" saqsa r-re Matthias.

"Hemm hi araha. Qed tiekol mieghek." U ppunta subajgh lejn il-principessa.

Ir-re nduna li kien qed jghid ghall-principessa u li kien qal il-verita'. "Willy l-onesta' tieghek rebbhitni nofs saltna u jiena ser nghaddiha lilek," qallu r-re Matthias.

"U jiena naghtik lil principessa ghax permess taghha inti irbaht nofs saltna," qallu ir-re Wanga. Willy minn rghajj sab ruhu sinjur hafna. Ha grazzja mal-principessa u ftit taz-zmien wara izzewwgu.

L-onesta' hija dejjem l-ahjar pulitika.

Make a free website with Yola