jesusandmary

 

 POST IL-GENITURI MA JOHODULHOM HADD

 

Koppja zaghzugha kellhom daqsxejn ta' tifla ckejkna li kellha madwar sitt snin. Dawn flimkien ma' binthom dahlu gewwa hanut tal-loghob tat-tfal u talbu lil sid il-hanut jurihom il-loghob li kellu adattat ghat-tifla taghhom.

L-ixkaffef li beda jurihom kienu mimlija hwejjeg tal-loghob, fosthom kien hemm pupi sbieh, zghar u kbar li meta kont tmiddhom kienu jikbu jew jidhqu, xi whud minnhom anke kienu jimxu meta tixghelilhom il-buttuna. Raw ukoll kcejjen minjaturi li kienu ta' sbuhija liema bhala. Sahansitra dawn kien isajru torti u pizzez zghar. "Nista' meta nkun qed naghmel l-ghagina naghtiha naqra biex taparsi  taghmel torta jew pizza u ssajjaha fil-forn, " hasbet bejnha u bejn ruhha l-omm. " Imma le taghmel u taqla hafna hmieg."

Il-genituri taghha ma setghu jaslu ghal ebda decizzjoni.  Fl-ahhar qalu lil tal-hanut: " Ara t-tifla taghna hija zghira u hafna drabi nohorgu mid-dar u nhalluha wahedha man-nanny. Hija tifla li ftit titbissem u nixtiequ nixtrulha xi haga li tferraha, anke meta ma nkunux hemm."

Sid il-hanut thassarhom u l-aktar li inghafset qalbu kienet ghat-tifla.  Dar lejhom u qalilhom: " Jiddispjacini ahna ma nbieghhux genituri f'dan il-hanut".


Ifimha tajjeb li post il-genituri ma johodulhom hadd.  Huma l-ewwel u l-bidu ta' l-edukazzjoni ta' l-ulied.

Make a free website with Yola