jesusandmary

 

 Priedka fuq l-Infern

Father Ignatius zar skola kattolika biex jindirizza tfal ta' 15 il-sena waqt lezzjoni tal-Katekizmu.

Wiehed minnhom staqsieh: "Father huwa veru li l-infern hu post mimli nirien bix-xjaten iniggzuk bil-furkettuni u l-kumplament......"

"U l-kumplament......"irrepeta warajh Father Ignatius bi tbissima.

"L-infern huwa deskritt bhala post tan-nar bosta drabi fil-bibbja," kompla Father Ignatius. " Gesu' jirrakonta storja ta' ragel sinjur li ma kienx jimpurtah mill-fqir Lazzru li kien jixxennaq ghal bicca hobz fil-bieb tal-palazz tas-sinjur. Meta t-tnejn mietu, Lazzru mar l-genna u is-sinjur mar l-infern.

"Gesu' jkompli jghid li dan is-sinjur kien qed ibati wisq bin-nirien tant li talab ghall-qatra ilma biex ibill ilsienu."

"Allura hemm nirien kbar, hux hekk?", staqsa wiehed mit-tfal.

Father Ignatius mesah il-hgieg tan-nuccali minn zligg imaginarju, abitudni li tghallem meta ried ikollu aktar zmien biex jahseb. Ftit sekondi wara huwa qal: " Il-Bibbja spiss tirreferi ghal-infern bhala lok ta' nirien fejn il-fjammi qatt ma jaqtghu u anqas jintfwew. Meta kont ghandi zaghzugh u dan kien zmien ilu sewwa, il-messagg li konna nghallmu mill-pulptu fil-Hdud kien li l-infern huwa tassew post fejn jezisti in-nar, fejn it-turment hu etern u qatt ma jispicca. Huwa post fejn hemm il-biki u thezziz tas-snien tkompli tghid il-Bibbja, ghalkemm qatt ma stajt nifhem x'kien ser jigrilhom dawk in-nies li ma ghandhomx snien... forsi jaghtuhom xi dentaturi biex jhezzu s-snien il-godda," qal il-qassis bi tbissima fuq fommu biex iqajjem l-interess tat-tfal kollha.

Il-klassi kollha dahqet.

"Izda l-lum il-messagg tbiddel, kompla jghid Father Ignatius kollu hosbien, " jidher car li ma ahniex nitkellmu wisq fuq l-infern fi zminijietna fil-priedki taghna."

"Ghaliex?," interrompa tifel iehor.

"Mistoqsija flokha. Ghandi ghaliex nahseb li n-nies tant webbsu qlubhom li ma ghandhomx jemmnu aktar jew lanqas jixtiequ jibqghu jemmnu. Kieku l-lum kelli nghid fl-omelija tieghi nhar il-Hadd li l-infern huwa post tan-nar bix-xjaten jduru ma' l-indannati, il-kongregazzjoni anqas ikunu jridu jemmnu lil widnejhom. Jidher li l-generazzjoni tal-lum tixtieq tisma' b'post ta' tgawdija, lok sabih jghidulu Genna fejn wara kollox jixtiequ li jkunu. U kulhadd jidher li jemmen li sejjer hemmhekk."

"Li kieku jkolli nistaqsi li n-nies tat-triq fuq l-Genna kulhadd iwiegeb li ser imur hemm ghax jahsbu li jisthoqqilhom, immaterjali mil-mod ta' kif qed jghixu. Forsi xi uhud jaslu biex isemmu l-infern u d-dannazzjoni izda jemmnu tassew? U l-uniku wiehed li qed ihokk idejh u jidhaq ghal dan l-istat hu x-xitan. Ghaliex ghalkemm hu tassew jezisti, iridna li ahna nemmu li hu ma jezistix."

It-tfal kollha kienu attenti ghal dak li kien qed jghid is-sacerdot li kompla b'vuci gentili: " Darba wiehed iddeskriva l-infern bhala lok li min jinzerta fih ma jarax lil Alla. Meta nhares madwari nara hafna nies f'dan l-istat. Qeghdin jghixu minghajr Alla. Anqas jindunaw li jezisti: xi uhud anke jaslu biex jinnegawh pubblikament u kapaci jghixu bil-hila taghhom. "

" Hekk hu l-infern. Post fejn hemm in-nuqqas t'Alla u l-imhabba tieghu. Barra minn dan tezisti differenza ohra. Hu post li fih issir taf li Alla jezisti fiz-zgur anke jekk tkun chaddtu f'hajtek. Tibda temmen li Alla hu Haj, Alla jista kollox u x'imhabba kbira ghandu lejn l-umanita', imma issa li qieghed f'dan il-post tirrealizza kemm kont zbaljat li ghazilt li ma temminx fih, li rrigetajtu u li zeblahtu meta kont haj fid-dinja. Kemm titurmenta ruhek ghal dawn il-hsibijiet imma issa ma tista taghmel xejn wara mewtek ghaliex inti dhalt fil-lejl li fih hadd ma jista' jahdem."

"Barra minn hekk anqas ghandek ghalfejn tittama fil-Hniena divina tieghu ghaliex il-hniena divina tieghu hija ghal dawk li huma hajjin fid-dinja. Issa trid toqghod ghal gudizzju rett tieghu. Hu jaghti lil kulhadd dak li haqqu. L-ghazliet li inti taghmel fid-dinja kienu ghazliet liberi; issa tiehu il-premju jew kastig skond dawn l-ghazliet tieghek - ghazliet ghaqlin jimmeritaw il-genna, ghazliet ta' bluha jimmeritaw l-infern, il-kastig etern."

"Forsi li taf li Alla jezisti fiz-zgur imma inti eskluz li tgawdih, mhux aghar mill-pwieni tan-nar?"

"Wow......." qal minn taht tfajjel iehor.

"Allura issa x'tahsbu li hu l-infern?"

It-tfajjel tar-rokna gholla idu u wiegeb: "Hu post fejn ma nixtieqx immur la darba jiena mahluq biex wara li naqdi bil-qalb lil Alla tieghi, jiena maghzul biex immur ingawdih."

"Dak il-veru ghaqal," wiegeb Fatgher Igantius u spicca hekk ghaliex dak il-hin il-qampiena daqqet biex turi li l-ezzjoni tal-Katekizmu giet fi tmiemha.

Make a free website with Yola