jesusandmary

 

 

IT-TFAJJEL SALVAT MILL-KUKKUDRIL.

 
F’jum shun tas-sajf, fis-sud ta’ Florida, tfajjel mar jghum fil-lag wara d-dar fejn kien joqghod. Ferhan, intefa’ fl-ilma u beda jghum. Ommu kienet qed thares lejh mit-tieqa u lemhet dak li qatt ma issoponiet.
Griet lejn binha tghajjat kemm tiflah u twerzaq biex jigi lura lejn ix-xatt. Binha sema’ minnha imma kien daqsxejn tard ghaliex kukkudril zghir hataflu riglejh. Il-mara nizelt fl-ilma u bdiet tigbed kemm tiflah. Il-kukkudril ghalkemm zghir kellu sahha aktar minn ta’ l-omm, izda l-omm determinata baqghet iggebbed u ggebbed lil binha. Ragel li kien qed jistad fil-qrib sema’ l-ghajjat u gera’ lejn il-post u permezz ta’ pistol qatel lill-kukkudril. It-tfajjel salva anke jekk riglu kienet feruta gravament. Maz-zmien fieq u seta’ jimxi.
Il-kaz inxtered ma’ dawk l-inhawi u gurnalista staqsa lit-tifel jekk riedx jurih il-marki tal-gdim ta’ l-annimal. It-tifel bla ebda diffikulta’ gholla l-kutra u wriehomlu. Imma qallu: “ Mhux dawn ghandek tara, imma dawn.”
Xammar il-kmiem u wrieh il-grif tad-difrejn ta’ ommu. U qallu: “Ghandi dawn ghaliex ommi ma hallietnix izda salvatni.”
Anke ahna jkollna s-sinjali ta’ duluri passati. Xi uhud ikunu kawzati minn dnubietna, izda ohrajn huma mpronti ta’ Alla li b’forza divina ma hallieniex maqbuda u l-ilsiera fix-xibka tal-hazen. Ftakar li anke jekk ruhek sofriet…dan ghaliex Alla zammek bil-qawwa kollha tieghu biex ma taqax u ma tahrablux

Make a free website with Yola