jesusandmary

 

 THALLIX L-INKWIET IBATTIK.


Kien lejl kiesah fix-xahar ta' Dicembru gewwa West Orange fi New Jeresey. Madankollu l-fabbrika ta' Thomas Edison kienet ghaddejja bla waqfien fil-produzzjoni. F'daqqa wahda f'dak il-lejl ta' ksieh tas-sena 1941 sehhet spluzzjoni gewwa l-fabbrika u l-bini ha n-nar.

Charles li kellu 24 sena, iben Edison, mar ifittex lil missieru, issa ragel ta' 67 sena, u meta fl-ahhar sabu rah b'xuxtu ttir mar-rih u jhares lejn in-nar. Wiccu kien imdawwal bil-fjammi tan-nar. Jghidilna Charles: "Qalbi inghasret ghal missieri. Dak kollu li kien hadem ghalih intemm fix-xejn."

Meta rani qalli: "Fejn hi ommok?"

U meta wegibtu li ma nafx rega' qalli: "Sibha u gibha hawn.! Zgur li mhux ser tara haga bhal din f'hajjitha."

L-ghada filghodu Edison rega' mar jara r-rovina li halla n-nar warajh u qal hekk fuq it-telf ta' hwejgu: "Ma hemmx valur fid-dizastru. Kull zball taghna inharaq u nqered. Nistghu nergghu nibdew mill-gdid."

Jekk id-disastru tal-hajja jeqridx jew le lil individwu....jista jkun falliment fin-negozju, xi holma ma marritilna zmerc........jiddependi mill-attitudni tieghu lejn ic-cirkustanza jew kif ihares lejn dak li gralu.

Studja ftit dak li sehh u tghallem mill-izbalji li wettaqt. Ahseb kif tista dejjem tkun ahjar.
Erga' ibda mill-gdid.
  

Make a free website with Yola