PATATA, BAJD U ZERRIEGHA TAL-KAFE’
Bint kienet qed tgerger ma’ missierha li hajjitha kienet wahda miserabbli. Problema tmur u ohra tigi. Il-missier li kien kok hadha fil-kcina u mela’ tlett borom b’ilma u meta l-ilma ghela’ tefa’ il-patata f’wahda, il-bajd fl-ohra u z-zerriegha tal-kafe fl-ahhar wahda.
Wara ghoxrin minuta huwa tefa’ in-nar, nehha l-patata u l-bajd mill-ilma jaghli u poggiehom fi skultella. Il-kafe’ tefghu f’kikkra. Imbaghad qal lil bintu : “X’inti tinnota?” “Patata u bajda fi skultella u kafe f’kikkra.”
“Hares u ahseb,” qalilha missierha.” Miss il-patata.”
Hekk ghamlet u nnutat li kienet ratba. Imbaghad talabha tiehu bajda u tkissirha. Wara li qaxxret il-qoxra sabet li kienet ibbieset. Fl-ahhar talabha idduq l-kafe. Kien tassew tajjeb. “Missier, xi jfisser dan kollu?”
Spejgalha li l-patata, il-bajd u l-kafe kellhom l-istess ghadu : l-ilma jaghli. Imma kull wiehed kellu reazzjoni differenti. Il-patata dahlet iebsa u harget ratba, il-bajda dahlet ratba u harget iebsa u l-kafe' biddel l-ilma f’xarba bnina.
“Binti liema wahda inti?” U kompla, “ Meta l-problema thabbatlek il-bieb, kif tirrispondi? Inti tixbah lill-patata, lill-bajda jew lil kafe?”
Tghallem li fil-hajja hafna hwejjeg jigru madwarna, imma l-unika haga li tghodd hu dak li jsehh go fina. Liema wahda inti?