jesusandmary

 

 

IL-KURAGG TRIQ GHAS-SUCCESS.

 

Dante Gabriel Rossetti, il-famuz artist u poeta tad-19 il-seklu avvicah ragel avvanzat fis-snin u talbu jaghtih il-gudizzju tieghu fuq xi tpingijiet li kellu, jekk kienu tajbin, jew ghal inqas jekk kienx hemm potenzjal.

Rossetti hares lejhom u bla tlaqlieq izda bi prudenza kbira biex majoffendix lix-xih qallu li ma kienx fihom valur u anqas ma kien hemm potenzjal. Ix-xih kien dizappuntat izda kien qed jistenna xi haga hekk. L-anzjan skuza ruhu li hadlu miz-zmien tieghu, izda talbu ghal darb’ohra li jara grupp iehor ta’ disinji u tpingija.

“Iva dawn huma bla dubju tajbin hafna. Iz-zaghzugh li ghamel dawn id-disinji ghandu talent kbir. Jehtieg l-ghajnuna ghax quddiemu ghandu futur mill-isbah.”

Rossetti  induna lix-xih kien kommoss. “Min hu dan l-artist zaghzugh?  Jaqaw huwa t-tifel tieghek?”, staqsa Rossetti, filwaqt li kompla jifli t-tpingija li kienet turi zaghzugh ta’ madwar 20 sena mixhut minn tulu l-art taht sigra  jistrieh mis-shana tisreg tax-xemx.

“Le dak jien, erbghjin sena ilu. Oh li kieku dan it-tifhir u l-inkoraggiment smajtu dak inhar! Ghax ara dak in-nhar hassejtni skorragut u abbandunajt kollox minghajr ma tajt oportunita’ ohra lili nnifsi.”

 

LI WIEHED JAGHMEL KURAGG LIL DAWK LI JKOLLU TAHT IL-KURA TIEGHU HIJA T-TRIQ TAS-SUCCESS.

 

Make a free website with Yola