jesusandmary

 

REGOLI FUNDAMENTALI GHAT-TALB.

Sacerdot kien prezenti ghal loghba boxing. Ir-ragel li kien hdejh ra lil wiehed mill-boxers jrodd is-salib qabel il-loghba. Dar fuq is-sacerdot u qallu: “Dak ser jghinu?” L-iehor kien pront wiegbu: “ Iva jekk jaf jiggieled.”

Bil-parabbola ta’ l-imhallef u l-armla, Gesu’  irid jghallimna s-suggett tat-talb . L-imhallef li kien korrot, safa’ imdejjaq minn armla li rieditu jaghmel gustizzja maghha  minghajr ma xxahhmu . Ikompli Gesu’ jghidilna li l-Missier indulgenti li ma ghandux bzonn ta’ tixhim, ser jonqos li ma jitfax xita ta’ imhabba tenera fuqna?

Ifisser dan, allura, li kull ma ghandna naghmlu hu li nibghatu messagg jew fax lil Alla u Hu jibghatilna twegiba dak il-hin stess, express? Bhal kull haga ohra  t-talb ghandu certi regoli fundamentali.

L-ewwel nehtiegu l-fidi. Ma hemmx raguni li nitolbu meta fl-istess hin qed nipprogrammaw x’ser naghmlu jekk it-talb taghna ma jistemghax. Jghidlna James Tahaney li Alla ma jismax it-talb taghna imma jara t-tama taghna fih. Tisma’ lil xi whud jghidulek: Biex forsi naqla’ din jew dik il-grazzja. Il-kelma forsi diga qed turi nuqqas ta’ tama u fidi f’Alla. Ejja nghidu li qed titlob biex ikollok jum xemxi u bnazzi ghall-vaganza tieghek. Mela l-fidi u t-tama tieghek f’Alla jissuggerulek li inti tipprepara n-nuccali tax-xemx u l-krema ta’ kontra x-xemx .

It-tieni pass hu li jehtieg li naghtu daqqa t’id lil Alla.  Mela meta qed nitolbu biex immexxu dik il-muntanja li Kristu jitkellem minnha f’Mattew Kap 17 vers 20, Swor Ruth Fox tghidilna biex niftakru li niehdu maghna l-pala. Tghidilna li hemm zewg tipi ta’ fidi – il-bioler suit u siggu li jitbandal. B’ta’ l-ewwel nuru li ahna lesti li nuzaw il-pala biex hekk nuru li rridu nwettqu il-bicca xoghol. B’ta’ l-ahhar nuru li Alla jaghmilha hu l-bicca xoghol u dak kollu li jmur maghha. L-ideal allura huwa li nitolbu bhallikieku kollox jiddependi minn Alla u nahdmu bhallikieku kollox jiddependi minna. Il-boxer li bih ftahna l-artiklu taghna ftit jista’ jittama li Alla jghinu jekk hu ma ipprattikax u ghandu dehra fizika tajba.

It-tielet punt huwa l-fatt li ma ghandix nkun pruzuntuz u nistenna li nircieva kull ma nitlob.  Fil-hajja mhux hekk. Jekk jiena nista’ ghal xi raguni jew ohra ma naccettax talba li xi persuna tkun ghamlitli ghaliex Alla ma jistax ukoll jaghmel hekk mieghi? Alla dejjem iwiegeb it-talb tieghi izda xi drabi ser jghidli LE.

Imma l-ahbar it-tajba hija li d-dewmien minn naha ta’ Alla biex jisma’ it-talb taghna ma jfissirx cahda. Allura nibqghu nitolbu, ghaliex huwa mbierek il-bniedem li ma jaqtax qalbu u ma jcedix.

Hafna drabi nindunaw li meta Alla irrifjuta t-talba taghna, nirrealizzaw li kienet barka. L-esperjenza tghallem li meta Alla jaghlaq bieb, hafna drabi  jhalli tieqa miftuha. Huwa jurina prova li ghalkemm ir-respons tieghu jkun negattiv, ir-ragunamenti tieghu jkun affirmattiv.

Ir-raba punt juri li hafna drabi rridu nippruvaw nigbdu saqajn Alla.  Noqghodu attenti ghaliex wara kollox ahna qed nahdmu fit-territorju tieghu u mhux taghna. Ghalhekk meta nitolbu ma nuzawx frazijiet bhal “jekk” jew “imma”.

Irridu nitghallmu li ndawru dahrna fuq l-aktar talba komuni: “Ir-rieda tieghi tkun maghmula” u nightallmu nghidu “Ir-rieda tieghek tkun maghmulha”. L-oggett u l-ghan tat-talb taghna ma hux li nisfurzaw lil Alla jbiddel hsiebu imma li ngibu hsiebna f’linja dritta ma’ tieghu.

Make a free website with Yola