jesusandmary

BARNABA SIEHEB SAN PAWL 


Barnaba kien ir-ragel strumentali ghat-tixrid tal-vangelu fiz-zminijiet bikrin tal-knisja. Madankollu ma tantx hu popolari u maghruf bhal Pawlu li ahna nqisu bhala l-ewwel u l-akbar missjunarju fl-istorja tal-knisja.  Alla nqeda’ permezz ta’ Barnaba biex jihaffef u jiffacilita t-tixrid tal-knisja u l-karriera ta’ l-appostlu Pawlu.

MIN KIEN BARNABA

Miz-zewg versi, 36 sa 37 tal-kapitlu 4 ta’ l-Atti ta’ l-Appostli sirna nafu hafna nformazzjoni fuq dan il-persunagg bibbliku.

[Atti:4:36] Hekk għamel il-levita Ġużeppi, minn Ċipru, li l-appostli kienu jsejjħulu Barnaba, jiġifieri bin  il-faraġ; [Atti:4:37] dan kellu għalqa, biegħha, u l-flus li daħħal minnha mar iqegħedhom f'riġlejn l-appostli.

Ismu propja kien Guzeppi, imma l-appostli tawh isem iehor ta’ Barnaba li jfisser iben il-konsolazzjoni jew kuragg. L-Atti juruhulna bhala l-bniedem ta’ sostenn, kuragg, konfort u ghaqal ghall-dawk ta’ madwaru. 

Dawn il-versi jghidulna li kien Lhudi mit-tribu ta’ Levi; kien minn Cipru, madankollu kien involut hafna fil-knisja ta’ Gerusalemm u Antiokja.  F’hajtu hu vvjagga ma’ Pawlu u Gwanni Marku.

Barnaba kellu ghalqa u bieghha biex dak li dahhal jaghtih donazzjoni lill-knisja tal-bidu. Dan il-mexxejj mhux maghruf tal-knisja li kienet ghadha qed titwieled, jikkontrasta hafna ma’ Ananija u Safira li ma kienux lesti li jikkomettu ruhhom totalment billi jaghtu lill-Mulej mill-qalb minn dak li pprovdilhom. Mietu minhabba l-gidba taghhom.

BARNABAS BNIEDEM RISPETTAT

[Atti:9:26] Meta wasal Ġerusalemm beda jfittex li jissieħeb mad-dixxipli. Imma lkoll kienu jibżgħu minnu, għax ma kinux emmnu li tassew ikkonverta. [Atti:9:27] Mbagħad Barnaba qabdu u ħadu miegħu għand  l-appostli. Hu qalilhom kif Sawl kien ra lill-Mulej fit-triq u semgħu jkellmu, u kif f'Damasku kien tkellem b'wiċċu minn quddiem fl-isem ta' Ġesù. 

Sawl ta’ Tarsu , il-persekutur tal-knisja, kien ghadu kemm ikkonverta ghax il-grazzja ta’ Alla hija ghal kulhadd u ghal kull min lest li jiftah qalbu ghaliha. Minn Sawl sar jismu Pawlu. Gustifikatament il-poplu gdid ta’ Alla, l-insara kellhom dubi kbar fuq l-iskop veru ta’ Pawlu li jidhol membru fosthom. Barnabas li kien diga’ iltaqa’ ma’ Pawlu kien lest hidhol ghal Pawlu, u jiggarantixxi li Pawlu tassew kien ikkonverta.

Tassew li ma kienitx haga hafifa li jikkonvincihom li dak li ftit qabel kien qed jarresta u jsawwat lil insara, issa kien jemmen f’Gesu’. U kienet il-fiducja u r-reputazzjoni li kellu Barnaba fost l-insara ta’ Gerusalemm li pperswadiet lill insara li kellhom jafdaw lil Pawlu. Fuq il-kelma ta’ Barnabas huma accettaw lil ghadu taghhom li jsir wiehed minnhom.


BARNABA JAHDEM GHALL-GID TAL-KNISJA

[Atti:11:22] L-aħbar ta' dan waslet f'widnejn il-Knisja ta' Ġerusalemm, u għalhekk bagħtu lil Barnaba sa Antjokja. [Atti:11:23] Meta dan wasal u ra l-grazzja ta' Alla, feraħ u beda jħeġġiġhom biex jibqgħu b'rieda sħiħa magħqudin fil-Mulej. [Atti:11:24] Għax hu kien raġel tajjeb, mimli bl-Ispirtu s-Santu u bil-fidi. U ġemgħa kbira ta' nies ingħaqdet mal-Mulej.

Il-Vangelu kien imhabbar lill-Gentili u hafna bdew jemmnu li Kristu kien is-Salvatur. Imma l-knisja ta’ Gerusalemm kienet tahsibha li dan ma kienx xieraq. Ma kienux iridu jnizzluha li ilvizzjoni ta’ Pietru fil-kapitlu 10 tatu l-mandat li jiehu l-vangelu lill-gentili. Barnaba kien mibghut biex jinvestiga.

Ghal darb’ohra il-knisja ta’ Gerusalemm striehet fuq id-decizzjoni ta’ Barnabas.  Meta rritorna minn Antiokja bl-ahbar li Alla kien qed iwettaq ghegubijiet fost il-pagani, il-knisja accettat l-evalwazzjoni tieghu. Barnabas imbaghad halla l-knisja ta’ Gerusalemm biex ifittex lil Pawlu u t-tnejn ikunu ta’ ghajnuna ghall-knisja ta’ Antiokja. Huma hadu xi offerti minn Gerusalemm biex bihom jghinu materjalment lil dawk fil-bzonn u spiritwalment jghinu bit-tixrid tal-Kelma ta’ Alla.

MISSJONI MOGHTIJA LIL PAWLU U LIL BARNABAS

[Atti: 13:1] Fil-Knisja ta' Antjokja kien hemm xi profeti u għalliema: Barnaba, Xmun li jgħidulu Niger, Luċju minn Ċireni, Manahen li kien trabba ma' Erodi t-tetrarka, u Sawl. [Atti:13:2] Darba, waqt li kienu qegħdin iqimu lill-Mulej u jsumu, l-Ispirtu s-Santu qalilhom: "Agħżluli malajr lil Barnaba u lil Sawl għax-xogħol li għalih sejjaħtilhom." [Atti:13:3] Mbagħad, wara li samu u talbu, qiegħdu idejhom fuqhom u bagħtuhom.

Ghal-ewwel darba naraw l-istorja ta’ meta Barnabas u Pawlu gew mibghuta bhala missjunarji. Interessanti l-fatt li ghall- mument,  Barnaba huwa registrat qabel Pawlu (jew Sawlu) meta qed nitkellmu mill-grupp missjunarju. Jidher li kien Barnaba li kien il-mexxejj rikonoxxut mill-knisja ta’ Antiokja.  Imma kien hemm mument iehor li t-tmexxija biddlet il-persuna, ghaliex Pawlu ha r-responsabilita’ hu tat- tmexxija tal-grupp missjunarju.

Din hi xiehda ohra ta’ min kien tassew Barnaba. La talab u anqas ippretenda xi awtorita’. Kien jghix biex jghin lil haddiehor jasal biex ixandar lil Kristu. Alla inqeda’ b’Barnaba biex iwassal lil ohrajn jaqdu l-missjoni taghhom sal-massimu ta’ hilithom.

PAWLU U BARNABA JINFIRDU

  [Atti:15:37] Barnaba ried li magħhom jieħdu wkoll lil Ġwanni, jgħidulu Marku. [Atti:15:38] Imma Pawlu deherlu li ma kellhomx jieħdu magħhom wieħed li, meta kienu fil-Pamfilja, telaqhom u ma marx magħhom għax-xogħol. [Atti:15:39] Kellhom xi jgħidu sewwa, hekk li nfirdu minn xulxin. Barnaba ħa miegħu lil Marku u telaq bil-baħar lejn Ċipru. [Atti:15:40] Pawlu għażel għal miegħu lil Sila u telaq, wara li l-aħwa rrikkmandawhom f'idejn il-ħniena  tal-Mulej

Giovanni Marku kien abbanduna lil Barnaba u lil Pawlu meta  t-tnejn kienu fuq l-ewwel missjoni taghhom. (Atti 13:13) . Ovvjament Pawlu ma kienx kuntent b’dak li sehh. Huwa u Barnaba spiccaw jinfirdu ghax ma qablux bejnithom .

Hemm opinjonijiet differenti dwar min kellu ragun u minn kellu tort. Imma Alla jinqeda’ b’kollox, anke b’nuqqas ta’ ftehim bejn dawn iz-zewgt irgiel kbar fil-knisja ta’ Kristu, sabiex jimmoltiplika l-isforzi taghhom fil-ministeru tal-predikazzjoni u hekk isir aktar effettiv. Pawlu ha lil Silas mieghu u hekk ghallem bniedem iehor fil-ministeru. Barnaba ha li Gwann Marku u ggwidah biex ikun qaddej ta’ Alla aktar effettiv. Dan il-fatt approvah Pawlu snin wara ghaliex talab li Marku jakkumpanjah billi sabu ta’ profit fil-ministeru, wara li Barnaba investa tant hin biex jippreparah ghax-xoghol ta’ l-evangelju. [2Tim:4:11] Luqa waħdu baqa' miegħi. Ħu 'l Marku u ġibu miegħek, għax hu jiswieli ħafna għall-ministeru. 

Pawlu jċanfar lil Pietru

 [Gal:2:11] Meta Kefa (kien qed jirreferi ghal Pietru, kap tal-knisja) ġie Antjokja, jiena waqaftlu f'wiċċu, għaliex kellu tort. [Gal:2:12] Għax qabel ma waslu xi wħud mingħand Ġakbu, hu kien qiegħed jiekol mal-Ġentili; iżda mbagħad lil dawn beda jaħrabhom u jitwarrab minnhom meta waslu dawk, għaliex baża' mil-Lhud ċirkonċiżi. [Gal:2:13] Il-Lhud l-oħra bdew jimxu bl-uċuħ bħalu, u saħansitra Barnaba ħalla ruħu jitħajjar minnhom fil-wiri ta' ħaġa b'oħra. [Gal:2:14] Imma meta rajt li ma kinux miexja sewwa skond   il-verità ta' l-Evanġelju, jiena għedt lil Kefa quddiem kulħadd: "Jekk inti, li int Lhudi, qed iġġib ruħek bħall-Ġentili u mhux ta' Lhudi li int, kif qiegħed iġġiegħel il-Ġentili jġibu ruħhom ta' Lhud?"

Is-sahha ta’ Barnaba kienet ukoll id-dghjufija  tieghu.Ghaliex kien kapaci jibni relazzjonijiet personali ma’ ohrajn, kultant kien ipoggi lin-nies qabel il-verita’.  Barnaba ried li jghogob lil dawk ta’ madwaru. Meta kien jaghmel hekk kien ikun ta’ kuragg ma’ dawk li maghhom kien jahdem. Madankollu kien jippermetti li l-verita’ duttrinali tigi fit-tieni post f’dawn ir-relazzjonijiet.

Fl-ittra lill-Galatin il-problema kienet li Pietru kien qed jahdem fost il-pagani jew gentili. Beda’ din il-missjoni skont kap 10 fl-Atti ta’ l-Appostli. Madankollu kien ihares lejn il-Lhud bhala xi haga superjuri ghall-mod kif kienu jghixu.  Kien joqghod u jpoggi mal-gentili sakemm ma kienx ikun hemm Lhud devoti madwaru biex jikkritikaw il-metodi tieghu. Pietru jaghmel kuragg lill-gentili biex jghixu bhal Lhud halli jaraw is-salvazzjoni. Minn dan il-passagg naraw ukoll li Barnaba kien qed jimxi fuq il-passi ta’ Pietru; probabilment biex joghgob lil Pietru.  Barnaba ppermetta li r-relazzjoni tieghu ma’ Pietru tiehu precedenza fuq il-verita tal-Vangelu.

Barnaba llum

Taf lil xi hadd bhal Barnaba, ragel ta’ kompassjoni, kuragg u li jista’ malajar jaghmel hbieb u kuntatt ma’ l-ohrajn? Fid-dinja tal-lum nehtiegu rgiel u nisa bhal dan il-mexxejj tal-knisja.  Huwa kien jiehu taht il-gwida tieghu nsara li ohrajn ma kienux jafdaw u jiffurmhom f’mexxejja ta’ stoffa fil-ministeru tal-Mulej. Jekk tahseb li inti tixbah lil Barnaba fil-karattru, kun zgur li tibqa’ maghqud mal-Kelma ta’ Alla;  tizloqx mill-verita biex tghogob lil ohrajn.


Make a free website with Yola