jesusandmary

 

FIGURI TA’ MARIJA SSMA FIT-TESTMENT IL-QADIM



Fr. Dwight Longenecker jistqarr li kien imrobbi ta’ evangelista u kull nhar ta’ Hadd kien jattendi servizz fil-knisja evangelika dwar studju bibbliku. Is-suggett favorit tieghu kien meta l-pastor jirreferi ghall-profeziji ta’ l-Antik Testment fuq Gesu’ u li sehhew fil-Gdid Testment.

Xi whud minhom kienu cari bhal per ezempju “Ara Vergni  ssir omm u jkollha iben u ssemmih Emanuel” jew “Minnek O Betlehem ghad johrog il-mexxej ta’ Izrael.” Imma l-aktar profeziji li kien juri nteress kbir fihom kienu dawk misterjuzi li ghalihom il-pastor kien jirreferi bhala figura ta’ Kristu. Dawn il-figuri misterjuzi kienu ukoll sehhew fil-Vangelu.

Bhala ezempju kien hemm David, rghaj u re, li kien il-figura ta’ Gesu, maghruf bhala Iben David, li fil-vangelu hu muri bhala r-Rghal it-Tajjeb u s-Sultan tal-Lhud. Mose’ li ghallem fuq il-muntanja u pprovda bil-qawwa ta’ Alla l-manna fid-dezert lil tant hluq bil-guh, ukoll jipponta ghal Kristu li ppriedka fuq il-muntanja u ta lilu nnifsu bhala l-Ikel tas-Sema.

Barra l-karattri bibbliki hemm ukoll sinjali u simboli. It-tabernaklu jew it-tinda tal-laqgha fejn Mose’ iltaqa’ ma’ Alla huwa sinjal tal-Gisem ta’ Kristu li skond l-ewwel kapitlu ta’ San Gwann,  Gesu’ isir bniedem bhalna u jghix maghna.  Il-frazi jghix maghna tista’ titfisser li huwa waqqaf it-tinda fost il-bnedmin.

Il-pastor kien jurina hafna figuri mill-Antik Testment li jirreferu ghal Kristu, imma kien biss meta kkonvertejt ghal Kattoliku li bdejt nifhem li fl-Antik Testment hemm bosta figuri li jirreferu ghal Marija Ssma.

MARIJA, MIRIAM U MOSE’

Bosta huma n-nisa ta’ fidi fit-Testment il-Qadim li huma tixbieha ta’ Marija Ssma. Wahda minnhom hija Miriam oht Mose’  li kollha kuragg hadet lil huha Mose’, tarbija ta’ ftit xhur, qeghditu go bakset tal-qasba u poggietu fuq l-ilmijiet tax-xmara Nil, biex ma jkunx vittma tas-suldati tal-Farawn. It-tarbija Mose’ hija figura tat-tarbija  Gesu’;  Mose’ imqieghed fil-basket tal-qasab huwa figura  ta’ Kristu imqieghed fil-maxtura, Miriam igorr lil Mose’ u tmantnih u tharsu mill-periklu precizament bhalma taghmel Marija li tbieghed lil binha Gesu’ mill-qilla tas-suldati ta’ Erodi.

 

MARIJA U L-PJAN TAS-SALVAZZJONI

Il-pjan divin tas-salvazzjoni li kien rivelat lilna mall-migja tal-Mulej Gesu’ huwa wiehed jghodd ghall-bnedmin kollha.  Skond it-taghlim ta’ San Pawl huwa Kristu li hu c-centru ta’ dan il-pjan tas-salvazzjoni.  Dan il-pjan jinkludi fih lil kulhadd imma ghandu post specjali riservat ghal “mara”, li hija Omm ta’ Dak li Alla l-Missier fdalu x-xoghol tal-helsien tal-bniedem mill-jasar tad-dnub.

Il-Koncilju Vatikan II jghidilna li Marija diga’ kienet imwieghda lil ewlenin genituri taghna wara li dawn waqghu fid-dnub u kisruha ma’ Alla. Hija l-Vergni li gabet fi hdanha lil Dak li kellu jkun jismu Emanuel li jfisser li All hu maghna. B’dan il-mod it-Testment il-Qadim jipprepara  ghal dak il-mument meta jasal il-milja taz-zmien li fih Alla jibghat lil Ibnu maghmul permezz ta’ mara sabiex ahna jkollna l-addozzjoni.

Finalment bhal Marija, Miriam offriet lil Mose’ lid-dinja biex jehles lill-poplu Lhudi.

Stejjer fl-Antik Testment ta’ twelid mirakoluz kollha huma riferenza ghar-rwol ta’ Marija fl-Inkarnazzjoni. Sarah li kienet kbira fl-eta’ ma setax ikollha tfal, omm Sansun li tablet ghal-Iben u Anna, omm il-profeta Samwel.

Kollha huma nisa li kkoncepew b’mod naturali, imma permezz ta’ miraklu li kienet twegba ghat-talba taghhom.  Ghalkemm il-koncepiment ta’ Gesu’ f’Marija kien ta’ ordni akbar u superjuri, nistghu naraw l-ubbidjenza u l-fidi taghha  rifless fil-fidi ta’ dawn in-nisa qaddisa tat-Testment il-Qadim.

 Il-qalbiena Debora li mexxiet lil Izraeliti fil-battalja ghall-helsien taghhom minn dawk li kienu qed jahkmuhom hija riflessjoni ta’ Marija bhala l-Gwerriera kontra l-hazen li jiggerra’ fid-dinja; Ester dik l-mara Lhudja li saret mart ir-re Assweru, allura regina, hija l-mera ta’ Marija li Alla nkurunaha bhala regina tas-sema u ta’ l-art wara li giet imtella’ fis-sema bir-ruh u l-gisem billi gisimha ma rax tahsir ghax hija kienet immakulata; ir-regina Bathsheba, omm regina ta’ Salamun, sultan ta’ Izrael, li kienet toqghod ma’ gemb binha fil-qorti rjali tieghu, figura ta’ Marija regina li ssaltan flimkien ma’ Binha fil-qorti celesti li minnha tohrog kull grazzja u fija jsir kull gudizzju.

Sinjali u Simboli

Fit-Testment il-Qadim is-Santi Padri jilmhu sinjali u simboli, riferenza ghall-Marja Ssma. Fis-sigra li taqbad u ma tikkunsamx li kien ra Mose’ u li minnha kellmu Alla biex jaghtih il-missjoni li hu kellu jkun il-mexxej li johrog lill-Lhud mill-hakma tal-Farawn, hija simbolu ta’ Marija, li mimlija bl-Ispirtu Santu, kif habbrilha l-anglu Gabirjel, saret omm Gesu’ izda baqghet Vergni.

Il-Bieb ta’ Gerusalem (Geremija Kap 17 vers 27 u Michea Kap1 vers 12) huwa stampa ta’ Marija Ssma ghaliex hija il-bieb li minnu gie Gesu’ fid-dinja.  Gerusalem hija tixbiha  tas-sema u figura wkoll ta’ Marija Ssma il-bieb li kull wiehed u wahda minna rridu nghaddu biex naslu l-genna.

L-Arka ta’ l-Ghaqda li kienet kaxxa miksija bid-deheb u li fiha kien hemm merfugha t-twavel tal-ligi li Alla taha lil Mose’, il-manna u l-bastun mirakoluz tal-qassis il-kbir Aronne, hija figura ta’ Marija ghaliex din il-bniedma ghaziza fl-ghajnejn ta’ Alla garret fiha ghal disa’ xhur shah il-Kelma ta’ Alla, il-Hobz tas-Sema u l-Qalba tal-Hajja – Kristu Gesu’.

Marija hija l-mara li kif jiddeskriviha San Gwann fil-Ktieb tar-Rivelazzjoni, imlibbsa bix-xemx u l-kwiekeb madwar rasha u bil-qamar taht riglejha. Din hija Omm ir-Re tan-Nazzjonijiet fi ftit kliem l-Imqaddsa Vergni Marija.

Kif jghid Santu Wistin li t-Testment il-Gdid huwa mohbi fil-Qadim u l-Qadim jidher fil-Gdid.

Meta nidhlu fil-profond fit-Testment il-Qadim u nistudjaw il-Kitba tas-Santi Padri tal-Knisja naraw kif il-misteru tas-Salvazzjoni ta’ Alla huwa minsug fil-grajjiet tal-poplu lhudi sa mill-bidu nett. Darba nigbru din l-informazzjoni nkunu armati biex insahhu l-fidi taghna.

 

Make a free website with Yola