jesusandmary

L-ISTORJA TA’ MISSIER ANTI NAZI MARTRI LI QATT MA SMAJT BIHA.

Haga wahda tghaqqad l-grajjiet tal-qaddisin: L-INSARA QATT MA HUMA WAHEDHOM. Anke jekk f'cirkustanzi l-aktar isolati, il-qaddisin ghandhom ghaqda profonda ma’ Alla.

Dan wiehed jarah car bil-martirju ta’ Franz Jagerstatter, missier u martri fi zmien l-okkupazzjoni nazista gewwa l-Awstrija.


MA KIENX XI SANTA TEREZA

Franz ma kienx xi Santa Tereza. Huwa kien tifel illegittimu ta’ qaddejja li kienet tghix go villagg zghir fl-Awstrija.  Ommu zzewget meta Franz kellu 10 snin.

Kien ragel ihobb n-nisa u anke kellu tifla barra z-zwieg. Gordan Zahn li ghandu trattat fuq hajjet Franz skopra li Jagerstatter kien mkecci mill-kommunita’ tieghu ghal hafna snin li fihom waqaf jattendi ghall-quddies. Madankollu Franz ircieva edukazzjoni medja fl-iskola tal-villagg qabel ma qabad ix-xoghol fl-ghelieqi.  Kien hawn li ltaqa’ mal-mara tieghu.

Huwa kien mizzewweg lil Franziska Schwaninger.  F’qamar il-ghasel taghhom fis-sena 1936 huma rcevew il-barka tal-papa. Franziska ghamlet effett sottili, imma persistenti fuq zewgha. Hajtu mbidlet ghat-tajjeb. Jagerstatter sar sagristan tal-knisja tal-villagg fejn kienu jghixu u dan il-pass qarrbu biex jersaq lejn Gesu’ Ewkaristija.  Kien jitqarben kuljum, jaqra l-Kelma ta’ Alla u l-hajjiet tal-qaddisin. Tant hassu floku f’din il-hajja li darba wahda lil martu stqarrilha : “ Ma kontx nimmagina li l-hajja mizzewga hija daqshekk felici.”

SIEGHA HAZINA GHALL-FIDI KATTOLIKA

Jagerstatter u Franziska kellhom tlett ibniet u ma’ bintu l-ohra li kellu qabel ma zzewweg baqa’ jzomm relazzjoni tajba hafna. Fis-sena 1938 meta kellu l-ewwel tifla, il-Germanizi nvadew l-Awstrija.
Ghal snin shah il-knisja gewwa l-Awstrija kienet wissiet kontra n-Nazizmu. Meta l-germanizi kkonsolidaw ruhhom fil-pajjiz bdew gejjin ir-restrizzjonijiet:  il-fidili ma setghux imorru l-quddies hlief  nhar ta’ Hadd.  Il-quddies gie projbit f’kull jum iehor anke meta kienet tahbat xi festa jew sollennita’. Is-sacerdoti kien ikollhom joqghodu attenti kif jitkellmu ghax ghalihom kien hemm il-habs; il-kappillan tal-villagg fejn kien joqghod Jagerstatter safa’ arrestat  ghax tkellem fil-miftuh kontra n-Nazizmu . L-isqof tad-djocesi iddikjara fil-miftuh li kien impossibli li wiehed ikun kattoliku tajjeb u Nazi fl-istess hin. Ftit wara gie mibdul ma’ iehor li kellu jitkellem aktar b’attenzjoni.

Minkejja l-persekuzzjoni, Jagerstatter kien l-uniku bniedem fil-belt li cahda l-ANSCHLUSS jew l-ghaqda ta’ l-Awstrija mal-Germanja. Kien demoralizat li jara hafna kattolici joffru s-sostenn taghhom lin-Nazi.  Kardinal sahansitra ordna li l-parrocci kollha jtellghu l-bandiera fuq il-knsejjes taghhom ghal birthday ta’ Hitler.
Jagerstatter kiteb li ma setghax ikun hemm mument aktar ta’ swied il-qalb ghall-fidi nisranija fil-pajjiz.
L-idea li kienet tigri fost il-poplu f’dawk iz-zminijiet kienet li lajk ghandu jaghmel dak li l-pajjiz jitlob minnu. Permezz ta’ din l-ubbidjenza kienu l-kapijiet li jaghmlu d-decizzjonijiet u mhux in-nies lajci  li kellhom ir-responsabilta’ morali ta’ l-azzjonijiet.  Imma Franz qatt ma seta’ jirrikoncilja din l-idea mal-fatt li hu kellu rieda libera u qatt ma seta’ jaccetta l-fatt li hu seta’ jghid li kien dixxiplu ta’ Kristu jekk huwa jbaxxi rasu ghar-rieda ta’ dan il-moviment li hu kien iqis sataniku. Huwa qatt ma kien ser jiggieled ghan-nom tan-Nazi.

Ghal-ewwel il-fatt li kien bidwi seta’ jehilsu milli jiggieled billi l-armata Germaniza kienet hekk kbira li kien jehtigilha ammont kbir ta’ ikel. Sfortunatament fis-sena 1943 il-htiega ghall-gellieda kiber u Jagerstatter gie msejjah bil-lieva. Mar fic-centru tat-tahrig fejn habbar li hu kien ser jirrifjtua li jiggieled. Minghajr dewmin huwa gie nitfugh il-habs gewwa Linz.
“Jiena konvint li l-ahjar tghid il-verita’ anke jekk din tiswielek hajtek,” kiteb Jagerstatter.
Il-hbieb u l-familjari tieghu , sahansitra l-isqof tal-lokal  zaru l-prugunier Jagerstatter fil-habs biex jipruvaw jikkonvincuh biex jidhol fl-armata germaniza. Imma hadd minn dawn il-vizitaturi ma kellu argument biex jikkonvinci lil Jagerstatter kontra l-konvinzjoni morali tieghu. Minkejja li ppruvaw jghidulu li hu ma kienx responsabbli ta’ ghemilu, imma kien l-istat, Jagerstatter ma ikkonvincix ruhu.
Huwa qal: “ Sa minn mindu Kristu halla hajtu fuq salib, kwazi kull seklu ra l-persekuzzjoni kontra l-insara; kien hemm martri u eroj li taw hajjithom, anke jekk dan sar f’cirkustanzi orribbli, ghal Kristu u l-Fidi taghhom. Jekk irridu li jum wiehed nilhqu l-ghan taghna, allura, irridu ahna wkoll insiru eroj tal-fidi.”

Fil-habs huwa kien jaghmel xi kitbiet u l-ewwel pagna ta’ l-ahhar kitba tieghu tghid hekk: “ Dawn huma l-ahhar kelmiet tieghi hekk kif hergin minn qalbi. Ghalkemm qed nikteb dawn b’idejja marbuta bil-ktajjen, dan hu ahjar milli r-rieda tieghi kienet maqfula bil-hadid.”
Martu accetatt li hu jimxi fuq il-kuxjenza tieghu.  Kien parti minn moviment ta’ martri kattolici li taw hajjithom biex jiggieldu n-Nazizmu.

Santa Tereza Beneditta tas-Salib (Edith Stein) mietet f’Awissu ta’ qabel gewwa Auschitz, kwazi sena fuq il-mewt ta’ Massimiljanu Kolbe. Il-Beatu Marcel Callo kien qed jibda’ l-attivita’ kattolika tieghu bil-mohbi fil-kamp germaniz, hidma li eventwalment wasslitu ghall-martirju fis-sena 1945 ghaliex gie akuzata li kien “wisq kattoliku.”

Jagerstatter  sar jaf li kien hemm sacerdot li miet martri fl-istess habs ghal l-istess ragunijiet li hu u hafna ohrajn kien jaqsmu.

Dik il-konvinzjoni fl-ahhar swietlu hajtu. Gie mehud Berlin fejn kien sentenzjat ghall-mewt minhabba nuqqas ta’ lealta’ lejn pajjizu. Qabel miet huwa ghajjat: “ Jiena maqghud mal-Mulej tieghi.”
Huwa gie beatifikat 50 sena wara mewtu. Ghall-beatifikazzjoni tieghu attendew it-tfal tieghu, in-neputijiet u l-pro neputijiet.

Make a free website with Yola