jesusandmary

IS-SISIEN TAL-FAMILJA
 
 “Hemm demonju specjalizzat biex jattakka l-familja,” qal l-ezorcista César Truqui, sacerdot li ppartecipa f’kors fuq l-ezorcizmu mizmum gewwa Ruma s-sena li ghaddiet. 

Fr. Truqui widdeb li dak kollu li qed ikun ta’ periklu ghall-familja, inkluz id-divorzju jaghti pjacir u gost lid-demonju. 

Meta kien qed jitkellem mas-settimanal taljan, Tempi,  is-sacerdot qal li “ hemm xitan li jispecjalizza fl-attakki kontra il-familja li jisemma’ ukoll  fl-istorja ta’ Tobit, jismu Asmodeus.” Fir-rakkont ta’ l-Iskrittura Sagra, fit-Testment il-Qadima, ix-xitan huwa maghruf li qatel is-sebat irgiel li riedu jizzewgu lil Sarah.  Fr. Truqi qal li dan id-demonju huwa prezenti f’hafna mill-ezorcizmi. 

Is-sacerdot ikompli jirrakonta li hu ltaqa ma’ dan ix-xitan matul l-ezorcizmi li ghalihom assista u li kienu maghmulha minn Fr.  Gabriele Amorth u Fr Francisco Bamonte.  Fr. Amorth huwa ezorcista maghruf gewwa Ruma li ghamel madwar 70,000 sessjoni ta’ ezorcizmu tul medda ta’ 29 sena.  Illum ghandu 90 sena. Kultant ikun mehtieg li jsiru diversi sessjonijiet waqt l-ezorcimu u kull darba li r-rit jigi amministrat jitqies bhala wiehed separat mill-ohrajn. 

Ikompli jghid Fr. Truqi: “ Niftakar li koppja, kienet koppja tassew maghquda, riedet tizewweg u madankollu l-mara kellha tghaddi mir-rit ta’ l-ezorcizmu.” 

Waqt l-ezorcizmu, ix-xitan kien irrabjat hafna u hedded lil Fr. Amorth biex ma jhallix li z-zwieg isehh, inkella kien joqtol lill- mara. Ovvjament kienet theddida minn missier il-gidba li fil-fatt qatt ma sehhet. 
Biex ihassar il-familja, ix-xitan jfittex li jattakka l-familja permezz ta’ l-ideologiji u l-istili ta’ hajja, kif ukoll id-divorzju. 

“Jahsbu li jekk jiena ma ghadnix inhobb lil zewgi aktar, ikun ahjar li nitilqu, li niddivorzjah,  Imma jinsew il-konsegwenzi tat-tfal u s-socjeta’. Din il-mentalita’ tghogob wisq lix-xitan. U jaf tajjeb li r-ragel li ma jfittix parir jew ma ghandux punti ta’ riferenza huwa wiehed instabbli u facli biex tharbtu.” 
“It-tfal ta’ genituri mifruda huma fragli.” 

Fis-sena 2014 il-Papa Frangisku ghamel diskors lil Karismatici fejn uriehom li x-xitan jipprova jkisser il-familja ghaliex kien hawn, fil-familja ta’ Nazaret li Gesu’ kiber, fi hdan il-familja mqaddsa, familja maghquda fl-imhabba bejnithom.

“U huwa ghalhekk li l-ghadu x-xitan, jattakka l-familja ghax il-familja hija haga sagra.  Ix-xitan ma jhobbhiex il-familja. Irid jeqridha, irid jelemina l-imhabba li tezisti,” kompla l-Papa fl-Istadju Olimpiku quddiem folla ta’ 52, 000 ruh. 

Il-Papa fakkar li l-familji huma knejjes domestici. Il-mizzewgin huma midimba bhal kull wiehed u wahda minna, imma jridu li jikbru fil-fidi u fil-frott spiritwali taghhom, u jkabbru l-istess hwejjeg f’uliedhom.” 
U ghalhekk talab lill-Mulej “biex ibierek lill-familja, isahhaha fil-krizi li jizra’ ix-xitan li hsiebu hu biss il-qerda taghha.” 
 
NITOLBU U NITOLBU SPISS BIEX ALLA JIEQAF MAL-FAMILJI LI JINSAB GHADDEJJA MINN KRIZI U JGHIN LIL DAWK BIEX MA JAQGHUX FIN-NASBA TAX-XITAN, IZDA JISSAHHU FIL-FIDI. 
 
ARTIKLU MIGJUB FUQ IL-"Catholic News Agency" 
 
 
 

Make a free website with Yola