jesusandmary

FEJN HEMM IL-FIDI STENNA L-ISFIDI
GRAJJA VERA LI SEHHET F’ST. CLEMENT CATHOLIC CHURCH GEWWA BOWLING GREEN.

“Ma jiena mahsud xejn, meta tqis dak kollu li sehh f’dawn l-ahhar xhur, li x-xitan jisfoga l-qilla tieghu kontra l-knisja parrokkjali li taghha jiena responsabbli u kontra tieghi kif diga ghamel.... Ilna niggieldu lix-xitan ghal xi zmien issa u ma ahniex ser incedu linja wahda biss.”

Hekk  stqarr Fr. Bill Peckman f’intervista li ta lil ChurchPOP u jkompli jistqarr li s-sagrilegg li sehh fil-knisja tieghu meta din giet desagrata kien att tax-xitan bhala ritaljazzjoni ghall-gwerra li qed issir kontra tieghu bis-sahha tal-Kelma ta’ Alla u t-tixrid ta’ l-evangelju.

Il-parrocca tieghu, St. Clement Catholic Church gewwa Bowling Green MO, dan l-ahhar ghaddiet minn att ta’ desagrazzjoni l-aktar ikrah gewwa l-Amerka meta kmieni filghodu tal-jum tal-Hadd ta’ l-24 ta’ Lulju, instab li l-konfessonarju, il-fonti tal-maghmudija, il-fonti ta’ l-ilma mbierek, is-siggu tas-sacerdot, l-artal u l-ambone kienu imcappsin bil-hmieg uman. Anqas it-tabernaklu ma helsiha. Iz-zjut imqaddsa kienu svojati fuq it-tapip. U l-missalin kien distrutt.  L-Ilbies sagru imcappas bl-imbid u l-aghar haga kienet li anke is-Sagrament kien desagrat bl-aktar mod vili.

Il-Pulizija wara ndagni li ghamlu sabu li kienet mara tal-lokal u wara li arrestawha hija ammettiet htjietha. Hija qalet lill-pulizija li kienet parruccana tal-knisja u thaddan il-Wicca.  (il- Wicca hu tip ta’ okkult)  U stqarret lill-pulizija li hija ghamlet dak kollu ghaliex “kienet irrabjata ma’ Alla billi hajjitha saret infern u l-membri tal-familja taghha kienu jghixu ‘l boghod minnha.” U kompliet tghidilhom li wara li ghamlet dak il-vandalizmu fuq xi oggetti, intilfet taghmel aktar hsarat.

Ikompli Fr. Peckman: “ Xi dettalji ohra jiena ma inhix liberu li nizvelhom.” Il-qassis jispjega ghaliex jemmen li x-xitan ghazel lill-parrocca tieghu biex jaqla’ gwerra. “ Il-parrocca tieghi hija strumentali fil-holqien ta’ centru ghall-problemi tat-tqala. Billi l-abort hu s-sagrament tax-xitan, il-glieda taghna diretta zgur li qanqlet fih ir-rabbja tieghu kontrina. Jiena nippridka hafna li d-dnub il-mejjet, il-hazen u x-xitan huma hwejjeg reali. Organizzajna b’mod aktar ahjar u komdu l-hinijiet tal-qrar ghall-parruccani u ergajna bdejna it-tberik tad-dajr kif kien isir qabel u t-tqassim tal-medalji ta’ San Benedittu. U l-lista hija itwal minn hekk.”

Kompla jghid Fr. Peckman li din l-mara li ghamlet dan l-att ta’ desagrazzjoni tbati minn problemi mentali. Jishaq ukoll li hu jahseb li l-involviment li ghandha mal-WICCA huwa fattur iehor. “Nemmen li l-prattika tal-WICCA ghandu x’jaqsam ma’ dan kollu.  Il-WICCA hija prattika ta’ l-okkult u wiehed ma jiftahx bibien bhal dawn u jistenna li xejn ma hu xejn.”

Imma kemm hu kif ukoll il-parruccani tieghu baqghu sodi. “Jiena naf min jirbah u allura jiena u l-parruccani tieghi ma ahniex imhawda jew inkwetati. Ghalkemm sehh dan kollu ahna ghadna nhallu l-bieb tal-knisja miftuh bhalma hi l-uzanza li ilha hekk ghal ghexieren ta’ snin biex min irid ikun jista’ jidhol u jitkellem ma’ Alla. Bdejna nitolbu lil San Mikiel bit-talba tieghu – San Mikiel Arkanglu, idhol ghalina fit-taqbida, kun inti l-ghajnuna taghna kontra kull hazen u t-tnassis tax-xitan.......etc- wara kull quddiesa. Alla jaf u zgur li jiehu hsiebna.”

Ta’ min jghid li din il-knisja kattolika ta’ San Klement kienet tibqa’ miftuh l-24 siegha shah tal-jum tul is-sena kollha.  Dan kien isir u ghadu jsir bil-bieb imbexxaq matul il-hin tal-lejl sabiex wiehed jista’ jidhol fil-kwiet u jitkellem mal-Mulej x’hin irid u meta jrid fis-satra tal-lejl.

Fr. Peckman jishaq li l-parruccani tieghu huma perswazi li qed jimxu fit-triq it-tajba. Jekk xejn, huwa jemmen li dan l-attakk vili huwa xoghol tad-demonju li wara kollox ma jattakkax jekk hu ma jhossux mhedded.

Billi l-knisja giet desagrata, ma setghux jigu amministrati sagramenti sakemm l-isqof lokali jaghmel ir-rit tal-purifikazzjoni li sar fit-30 ta’ Lulju. “Ir-rit tal-purifikazzjoni huwa wiehed ta’ qawwa kbira li nittama li ma nergax nara bhalu,” jkompli jghid il-qassis,” Hija l-ewwel darba li rajt l-Ilma Mbierek imhallat mal-melh imbierek uzat ghall-barka. Ir-rit fetah bil-Litanija tas-Supplikazzjoni, u wara sar it-tberik tal-kotba liturgici, u c-ciborium u l-konsagrazzjoni mill-gdid tal-hwejjeg kollha li kienu desagrati. Wara segwit il-quddiesa.”

Huwa sahaq ukoll li hemm process iehor twil jekk il-mara tiddeciedi li tirrikoncilja ruhha mal-parrocca. “Billi d-desagrazzjoni tas-Sagrament huwa wiehed gravissimu, il-permess ghall-mahfra irid johrog mis-Santa Sede. U dan jiehu l-gimghat bhala ma’ qalli t-tribunal djocesan.”

Bowling Green hija belt zghira b’popolazzjoni ta’ madwar 5,300 ruh. Il-knisja Kattolika ta’ San Klement ghandha madwar 420 familja u skola zghira li thaddan fiha madwar 75 student.

Fr. Peckman jghid: “ L-evangelizzazzjoni hija attivita’ hajja hafna fil-parrocca taghna u qed inwettqu edukazzjoni kattolika dwar il-hajja tal-knisja u l-liturgija fost l-adulti ukoll.”

Make a free website with Yola