jesusandmary

JEKK GESU’ MA KELLU EBDA DNUB GHALIEX TGHAMMED?

 


 Din hija xena familjari hafna u nahseb li nafuha bl-amment. Fil-bidu tal-missjoni tieghu Gesu’ ried li Giovanni l-Battista jghammdu u wara deher l-Ispirtu Qaddis bhal ta’ hamiema niezel fuq Kristu u nstemghet il-vuci tal-Missier.

Din ix-xena tista’ thallina ftit konfuzi.  Fil-Kredu ta’ Nicea, dak li nghidu fil-Quddiesa, nistqarru hekk: Nistqarr Maghmudija wahda ghall-mahfra tad-dnubiet. Il-Maghmudija hija ghall-mahfra tad-dnubiet imma Gesu’ qatt ma dineb. Allura ghaliex gie mghammed?

L-ewwel haga li ghandek tkun taf hija li Gesu’ ma rcevhiex is-Sagrament tal-Maghmudija.  Il-Maghmudija ta’ Gwanni kienet biss simbolika ghall-indiema, filwaqt li l-Maghmudija Kristjana tati il-grazzja tal-mahfra.

Gesu’ ma kellux bzonn li jaghmel indiema. Allura x’kien qed jaghmel? It-twegiba turi li kien ser jaghmel mill-Maghmudija, Sagrament.

Kristu ma kellux bzonn li jitqaddes. Pjuttost huwa Hu li jqaddes lil haddiehor. Ghalhekk meta Kristu rcieva l-maghmudija ta’ Gwanni, minflok ma Gesu’ tqaddes, l-ilmijiet tal-maghmudija tqaddsu u nghataw is-setgha li jahfru d-dnubiet.

Dan hu li jghid Sant Ambrog: Il-Mulej taghna Gesu’ Kristu ried jitghammed ghaliex hu xtaq li mhux hu jitnaddaf, izda l-ilmijiet li purifikati bil-Gisem ta’ Kristu li ma kellux dnub, seta’ jkollhom il-qawwa tal-Maghmudija.

Kristu, Alla nnifsu, huwa tant Qaddis, tant Qawwi, tant ta’ l-ghageb. Kristu kien il-bidu ta’ era gdida fejn il-grazzja ta’ Alla dahlet fid-dinja u qed taqleb il-process tad-dnub u l-korruzzjoni.

Make a free website with Yola