jesusandmary

IL-PAPA LI HAREG L-EWWEL EDITT KONTRA T-TIPJIP FIL-PUBBLIKU  TAHT PIENA TA’ SKOMUNIKA.


Qatt kont taf li kien hemm papa li hareg ghal l-ewwel darba l-probizzjoni tat-tipjip fil-pubbliku?

Kien is-16 il-seklu u l-Ewropej kienu gabu maghhom xi haga popolari hafna mid-dinja l-gdida: it-tabakk. Hekk kif l-uzu tieghu xtered sew madwar l-Ewropa, bdew isiru hafna mistoqsijiet meta kien floku li jintuza’.

Apparentament xi nies bdew ipejpu kemm fil-knisja u anke fl-inhawi taghha u xi uhud ma kienx jghogobhom id-duhhan. Tant saret problema kbira li l-papa ndahal biex isir xi haga fuq din il-materja.

Il-Papa Urbanu VII kien elett papa fil-15 ta’ Settembru tas-sena 1590 imma miet 12 il-gurnata wara – huwa l-iqsar papat fl-istorja tal-knisja. Imma f’dawk il-ftit jiem wera’ li kellu rieda qawwija biex isib soluzzjoni ghad-dibattitu tat-tabakk.
U wera’ id tal-hadid; min kien jinqabad juza’ it-tabakk fil-btiehi tal-knisja jew gewwa l-knisja, kemm jekk jomghod, ipejjipha fil-pipa jew ixommha billi jpoggiha gewwa l-imnieher. kien ikun skumnikat.

Ma nafux jekk dan id-digriet kienx infurzat imma baqa’ fuq il-kotba sat-18 il-seklu meta l-Papa Benedittu XIII nehhiha minn reat.

Tajjeb wiehed jinnota li l-knisja ma mpedietx it-tipjip in generali imma jekk dan isir fil-knisja jew fl-inhawi taghha. Il-knisja hadet dan il-pass biex turi li hwejjeg bhal dawn  wiehed jista' igawdihom jekk juzhom bil-prudenza.

Hadd ghadu ma kien jaf il-hsarat li jgib it-tipjip.


Make a free website with Yola