jesusandmary

FTIT IDEJAT TA’ KIF TGHOGOB LIL ALLA U SSIR QADDIS

Irresisti s-sarcasmu, jigifieri li jwaqquk ghaz-zuffjet; f’mumenti bhal dawn gib quddiem ghajnejk kliem is-salmist “[S:141:3] Qegħedli, Mulej, lġiem fuq fommi, agħmilli l-għassa ma' bieb xufftejja.  jew
Lil Kristu quddiem l-ghedewwa tieghu waqt il-passjoni li zamm is-skiet meta sawtuh u waqqghuh ghac-cajt anke bl-istess gid u mirakli li ghamel mal-poplu lhudi.
Aqsam gidek ma minn hu nieqes jew fil-bzonn.
Ghamel xi zjara li min tahseb li jhossu wahdu. Il-kumpannija tieghek zgur li terga’ tqajjem l-ispirtu tieghu u taghtih kuragg.
Ikteb ittra ta’ mahfra lil xi hadd li forsi bl-azzjoni tieghek ghamiltlu xi ngurja.  Jekk ma tasalx biex taghmel haga bhal din, itlob lil Gesu’ biex ikollu hniena minnkom it-tnejn u mbaghad ahraq l-ittra.
Idra’ ghid din it-talba: Mulej bierek ( u hawn semmi l-isem ta’ min idejjaqlek qalbek) u jkollok hniena minni.
Aghmel zjara lil xi santwarju marjan u hemm f’riglejn Marija itlobha l-grazzji li ghandek bzonn.
Tarahiex bi kbira biex toffri l-ghajnuna tieghek li dak loi xi darba rifislek saqajk jew weggek
Kun attent meta tkun fuq il-computer. Tuzahx b’mod  biex tumilja lil ghajrek jew tati xi ezempju hazin.
Kun dejjem generuz ma’ min ghandu bzonn l-ghajnuna tieghek. Uza dejjem mohhok biex tara li flusek verament ser jintuzaw ghall-karita’.
Tkun idea tajba jekk toffri xi ftit mill-hin liberu tieghek ghall-gid tal-kommunita’ parrokjali.
Jekk ghandek familja ara li tghallem sew l-opri tal-hniena kemm dak tal-gisem kif ukoll tar-ruh lil uliedek.
Itlob lil Alla qalb safja biex tahrab il-hazen u tifhem biex ikollok moghdrija meta tisma’ lil xi hadd bil-problemi tieghu.
Serrah il-mobile phone u aghti attenzjoni lil ta’ madwarek
Tinsa’ qatt titlob ghal min ghamillek id-deni.
Tbissem lil xi hadd biex taghmillu kuragg hballi jkompli miexi ‘l quddiem. Tbissima ma tiswiex flus.
Itlob il-kurunella tal-Hniena meta tkun qed tivvjagga minn post ghal iehor. Fiha barka kbira divina.
Qabel torqod, malli tqum qabel tiekol u wara l-ikel rodd hajr lil Alla.
Meta d-diskors jaqa’ fuq  l-ghajdut, kliem zejjed jew pettegolezze, biddel id-diskors ghax hafna drabi jinghad dak li ma hux veru.
Itlob ghall-erwieh tal-purgatorju. Ikunulek ferm rikonnoxenti meta jidhlu fil-premju etern.
Aqra l-Kelma ta’ Alla kuljum u ara kif tista’ tapplikaha ghalik.

Make a free website with Yola