jesusandmary

QRAR TAJBA U SALUTARI

Sfortunatament hafna nsara kattolici ma jafux precizament x’inhuwa s-sagrament tal-Qrar. LI kieku kellek tistaqsihom iwegbuk li tmur tistqarr dnubtietek lill-konfessur biex jahfirlek dnubietek u kollox ikun OK.

Imma l-Qrar huwa xi haga aktar minn hekk. Il-valur kbir tieghu huwa li mhux biss jahfirlna dnubietna, li minhabba fihom nimeritaw il-kastig ta’ dejjem, jekk dawn ikunu gravi, izda mill-gdid jaghmilna ulied Alla werrieta ta’ premju etern, il-Genna.

Bosta huma dawk li waqfu jersqu lejn il-Qrar ghal xi raguni jew ohra, ohrajn jaraw il-Qrar bhala sagrament li jersqu lejh f’okkazzjoni specjali, nghidu ahna , xi maghmudija, xi zwieg jew funeral u ohrajn il-Qrar dejjem ihalluh ghal ghada, u ghada qatt ma jasal. Punto e basta.

Il-Kurat ta’ Ars jghid li ftit iqerru bi dmugh ta’ indiema. Hafna drabi ahna nersqu lejn is-sagrament tal-Qrar, inferrghu dnubietna bhallikieku wiehed qed jispara machine gun u bla sabar, ghax mghagglin, nghidu l-penitenza fi triqtna lejn is-siggu taghna fil-knisja. Hasra li nersqu lejn il-Qrar minghajr ma nirrealizzaw l-effett ta’ dnubietna fuq il-Mulej Gesu’ – kemm minhabba fihom Gesu’ ghadda minn tbatija liema bhala.

San Gwann Marija Vianney ifakkarna:  “ Bi dnubietna sallabna lil Kristu.....Li kieku nahsbu ftit fuq dan, nintlew bil-biza’ ghal dak li wettaqna u jkun ghalina mpossibli li naghmlu l-hazen fil-futur. 

Ghaliex x’ghamel Alla lilna l-bnedmin li jisthoqqlu li noffenduh, Hu li salvana mill-mewt eterna, mill-Infern,  bIt-tbatija u l-mewt tieghu? 

Kemm kien ikun tajjeb li kieku ahna l-midimbin waqt li sejrin lejn l-okazzjoni tad-dnub niltaqghu mal-Mulej, bhal San Pietru, u nisimghuh jghidilna: “ Jiena sejjer fl-istess post fejn sejjer inti biex hemmhekk mill-gdid inkun mislub.” Forsi dan il-hsieb igghalna nirriflettu u nieqfu minn dak li inkunu sejrin inwettqu.

Il-Qrar irridu nharsu lejh mhux bhala xi haga mnizzla fuq il-lista tax-xiri, izda bhala l-laqgha tieghi mal-Mulej biex ifejjaqni mill-mard tar-ruh halli insir inhobb aktar lill-Hallieq tieghi, liema imhabba tbieghdni milli nzid noffendih, precizament bhal ma naghmlu biex ma noffendux lill-mahbub jew mahbuba taghna.

Meta nersqu lejn il-Qrar, nersqu lejh b’mod ta’ umilta’. Ebda skuza ma ghandna ngibu biex inaqqsu minn htijietna. Nitolbu lil Alla biex jaghtina l-grazzja tieghu ghal indiema ta’ dnubietna.


Make a free website with Yola