jesusandmary

IT-TIFSIRA NOBBLI TA’ L-ANGELUS

 

 

Sr. Anne Flanagan, FSP hija soru kattolika tal-Kongregazzjoni Daughters of St Paul, kommunita’ internazzjonali mwaqqfa fis-sena 1951 ghal evangelizzazzjoni fid-dinja tal-kommunikazzjoni .  Hija kantanta, kittieba u kelliema ghal Pauline Books and Media (US) .  Fil-prezent hija qed tahdem fuq diversi progjetti digitali ghall-kommunita’ taghha u l-media kattolika.

 

 

Li kieku staqsejtni fuq l-Angelus qabel ma dhalt fil-kunvent, kont inwiegbek li hija talba li tinghad meta jindaqqu il-qniepen. Naf ukoll bil-pittura famuza tal-haddiema fl-ghelieqi li waqfu f’nofsinhar biex jitolbu, imma dak kollu.

Imma fil-kunvent l-Angelus iwaqqaf il-hidma taghna tal-jum. Nitolbuha fil-bidu tat-talb taghna ta’ filghodu u f’hin aktar tard meta l-qampiena taghmlilna sinjal biex ningabru ghal ikla ta’ nofsinhar, idoqq u tieqaf il-hidma kollha fl-istamperija tal-kunvent fejn nahdem; nieqfu u fil-gabra nitolbu dik it-talba qabel nidhlu fir-refetorju. It-talb ta’ filghaxija jkun fit-tard izda wkoll jibda’ bit-talba ta’ l-Angelus.

L-Angelus ghallimni li l-Inkarnazzjoni hija misterju, il-qofol tal-fidi taghna. Mument fl-istorja li bir-ragun iwaqqafna mill-hidmiet taghna biex nahsbu ftit x’ghamel Alla maghna. L-Angelus jghallimi li kull cirkustanza fil-hajja, dak kollu li Alla jrid jew jippermetti hija l-“kelma”, li t-twegiba li jixraq ghaliha ghandha tkun “tkun maghmulha dejjem ir-rieda tieghek”, billi nafu li Alla jriegi l-hwejjeg kollha jahdmu ghall-gid taghna, anke meta dan il-gid ma nindunaawx bih jew ngharfuh.

Din hija parti mir-raguni li bdejt dak li jiena nsejjahlu l-Progett Angelus  calltoprayer.blogspot.com li hu servizz li nippostja xena tat-Thabbira ta’ l-Anglu lil Marija kull gimgha biex inhajjar li tinghad it-talba ta’ l-Angelus.

L-Angelus hija talba semplici, imma li meta tiwehed jghidha bid-devozzjoni li jixirqilha, iggeddidlu l-fidi tieghu hekk kif miljuni ta’ fidili ghal tlett darbiet kuljum jiftakru f’dan il-misteru: ALLA HEKK HABB LID-DINJA LI TA LIL IBEN WAHDIENI TIEGHU... SABIEX IKOLLNA L-HAJJA.

U DAK KOLLU LI RRIDU NGHIDU HUWA: Tkun maghmulha r-rieda tieghek.”

 

Make a free website with Yola