jesusandmary

IT-TOROQ TA’ ALLA HUMA DEJJEM MIFTUHA

Kemm-il darba ghidna: kemm kien ikun ahjar kieku li ma ghamiltx hekk. Jiem, xhur, u snin wara li nkunu ghamilna xi ghemil li dejjem jigri warajna u li minhabba fih inkunu tlifna l-paci u l-ferh. Ir-rimors, il-htija u l-misthija jibqghu jigru warajna. Ghalkemm naraw li l-fejqan minn dan huwa xi haga fil-boghod, Alla ghandu t-toroq tieghu li permezz taghhom jista’ jfejjaqna u jittrasformana mill-gdid biex ingawdu l-paci. It-triq hemm qieghda. Shirley (isem fittizju – imma l-grajja sehhet tassew)  sabitha, u tawgura li haddiehor bhalha jsibha ukoll.

Il-vangelu ta’ San Gwann fil-Kapitlu 8 jirrakonta l-istorja tal-mara adultera li l-Iskribi u l-Farizej gabu quddiem Gesu’. Igibuha quddiem Gesu’ (minghajr ir-ragel, kif kienet titlob il-ligi) ,iqieghduha f’nofs il-migemgha u jikkundanawha, kif kienet titlob il-ligi ta’ Mose biex tkun imhaggra. Riedu biss il-konferma minghand l-Imghallem Gesu’. Gesu’ jitbaxxa quddiemhom u jikteb xi haga fl-art u wara jirrispondihom: “Min minnkom ma ghandux  dnub jitfaghlha l-ewwel gebla”. 

Shirley tirrakonta: “Ftakart fiha bosta drabi f’dawn l-ahhar 35 sena, li jiena kont dik il-mara.”

“Le ma qabdunix f’adulterju, migjuba quddiem folla ta’ nies segwaci ta’ Gesu’ u mgaghla noqghod bilwieqfa nistenna l-ewwel daqqa ta’ gebla. Kont ghadni zghira wahdi u mbezzgha, bilqieghda quddiem it-tabib nisimghu fil-presenza ta’ infermiera bhala xhud jghidli s-sentenza. Misthija, htija, umiljazzjoni, kundanna u rimors – dawk kienu l-gebel fil-kamra u hassejtni bhallikieku dawk il-gebel qed jigu migbura u mitfugha lejja. Il-kliem tat-tabib u n-nurse dwew f’widnejja u fis-skiet ta’ qalbi shett lill-boyfriend, li naqas li jghidli hu  kien marid u konsegwenza ta’ hekk hadt il-marda tieghu.  Ma kienx imissu kien mieghi biex jiehu l-kundanna huwa wkoll?”

“Fil-kaz tal-mara adultera, probabbli li l-belt kollha kienet tafha u taf il-htija taghha. Anke jekk helsitha mill-mewt, hajjitha kienet ktieb miftuh li  minhabba fih ma kienitx tehlisha biex terga’ tkun ikkundannata. Imma fil-kaz tieghi hadd ma kien jaf il-htija li kont ingorr. Il-kundanna tieghi kienet mohbija fil-pagni ta’ ktieb maghluq li jiena rrifjutajt li nitfah. Bla dubbju r-relazzjonijiet taghha sofrew minhabba l-effetti ta’ sentenza pubblika; ir-relazzjonijiet tieghi sofrew is-silenzju ta’ verita’ li jiena qatt ma stajt nipprova nisma’. Hadd ma kien jaf bil-htijiet tieghi , kienu mohbja minn kulhadd – kont xi darba ser inissel kuragg biex nitlob mahfra?”
“Kemm kienet imbierka dik il-mara adultera li semghet il-kliem tal-Mulej: “ Anqas ma jiena nikkundannak.” Kemm snin twal xtaq li nisma’ dawk il-kliem u madanakollu, anke jekk kont nismaghhom, niddubita jekk kontx nemminhom. Kont imqarrqa mill-gideb ta’ l-ghadu li jizra’ fil-fond tal-qalb – inti ma jisthoqqlokx, inti kollok htija, inti kerha quddiem Alla. Kont certa li qatt ma kont ser nirrikoncilja ruhi mal-fidi tieghi. U dan sewa’ biex aktar nitbieghed minn Dak li seta’ qalli dawk il-kliem, imma jiena ma kontx ser naccetta li nersaq Lejh. Imma bhalma hu hafna drabi l-kaz, ahna naharbu Minnu bhal Adam u Eva fil-Gnien ta’ l-Eden, nirrifjutaw li nemmnu li l-Hallieq taghna hu Hanin u minflok nemmnu li Alla taghna hu Imhallef Gust  bilqieghda fuq it-tronn tieghu jfajjar sentenzi ta’ kundanna fuq dawk il- kreaturi li tbieghdu Minnu.”

“Matul is-snin kull darba li kelli niftah dak il-ktieb biex nikxef il-htija tieghi ( li jiena ghamilt ghax ma stajtx naghmel iehor, bhal meta gejt wicc imbwicc mar-ragel li kelli nizzewweg jew meta kelli nimla xi formoli medici) ergajt ftakart f’dik il-kamra tat-tabib kollha mimlija gebel jistennew il-mumenti li jordmuni. U ghal darb’ohra il-gideb jergghu jiehdu l-hajja u l-feriti jsiru aktar profondi.”

ALLA JHABBAT U JISTENNA

“Il-Mulej jaf jistenna u qatt ma jisforza ruhu fuqna. Huwa bil-ghatx ghalina daqs dak il-jum li fih bata’ l-ghatx fuq is-salib. Jaf ihabbat b’diversi modi li qatt ma inkunu nistennew. Zewgt isjuf ilu gie f’idejja ktieb jismu “THE SECOND GREATEST STORY EVER TOLD,” ta’ Fr. Gaitley. Hija l-istorja tal-waqa’ taghna u l-attentati li ma jinghadux ta’ Alla li jilqaghna fi hdanu mill-gdid. Kien fih ideat li kienu totalment kuntrarji ghall-mod ta’ kif jiena kont nara lil Alla. Hawn Alla ma kienx qed ihares minn fuq it-tronn tal-gustizzja tieghu, imma Alla b’xewqa wahda li ahna npoggu t-tama taghna Fih u fil-Hniena Divina Tieghu. Jiena smajtha t-tahbita tieghu u ghalkemm bid-dubju ftahtlu berah il-bieb ta’ qalbi.”

F’qalbi nissilt xewqa u ghatx kbir li nsir naf aktar fuq il-Hniena ta’ Alla. Fittixt u qrajt id-Djarju ta’ Santa Fawstina, qrajt il-kitbiet tal-Papa San Gwann Pawlu II li l-pontifikat tieghu kien li jippromulga l-Hniena Divina, u segwejt ukoll il-kitbiet ta’ Santa Tereza ta  Lisieux, Little Way. Il-hajja tieghi hadet xejra ohra. Qatt ma waqaft nghid lil Gesu’ : “Gesu’ jiena nafda Fik” .

“Bhal tfajjel li, bezghan qieghed fuq xifer l-ilma u jnizzel siequ biex jara jekk l-ilma hux kiesah jew le qabel ma jinzel jghum, l-okazzjoni biex nittestja l-ilma sibtha quddiem wicci minghajr ma qatt kont nistenna.  Kelli tahdita ma’ habiba. Resqitni lejn konfessur. Kont ser nemmen li l-ktieb ta’ hajti kien ser jinfetah minn kundanna ohra ta’ sacerdot fil-qrar.  Imma....”

“Quddiem il-konfessur stqarret kollox, it-tajjeb, il-hazin u l-ikrah. Stennejt. Il-lehen qal:” Okay.. l-ewwelnett xejn dwarek ma hu l-ikrah.”
“Issa deherli li ghamilt paci mal-passat tieghi. Issa hassejtni li kont hielsa u fija nissilt il-paci, li qabel qatt ma kontx hassejt. Hekk kien ifisser li issa kont imfejqa." 

“Xi jiem wara mohhi rega’ mar fuq iz-zmien li ghadda. Hassejt li mill-gdid il-ktieb ta’ hajti nfetah quddiemi, bil-pagni tieghu jghajtu kundanna kontra tieghi. Fejn kienet is-sbuhija li kelli esperjenza taghha xi gimghat qabel. Fejn kienet il-mahfra? Iggielidt mieghi nnifsi biex nikkontrolla l-emozjonijiet u ghamilt haga wahda.”

“Tfajt harsti fuq ix-xbiha tal-Hniena Divina. X’ma kontx qed nara? Kwazi mil-ewwel Huwa wrieni dak li ma kontx qed nara. Mhux minn wiccu li jarmi harsa ta’ imhabba. Mhux mir-raggi tad-demm u ilma li hargu mill-Qalb Imqaddsa tieghu u li jahslu htijietna u jnaddfuna minn dnubietna. Anqas minn idu merfugha li tindika sinjal ta’ paci. Il-messagg kien mohbi x’imkien fil-kuluri ta’ blu u ahdar li jdawru l-immagini tieghu li Santa Fawstina spjegat li jirraprezentaw il-kuluri ta’ l-ocean – mhux kull kwalunkwe ocean, imma l-profondita’ ta’ Ocean tal-Hniena Divina Tieghu.”

“Hemm sibt it-twegiba ghad-diffikulta’ tieghi. Nista’ nahfer lili nnifsi? Nista’ inkunu hanina ma’ dik it-tifla ta’ l-imghoddi. Gbart gebla u wara li hassejt it-toqol taghha tfajtha fil-bahar u hekk kif habtet ma’ wicc il-bahar ghebet u nizlet fil-fond. Gbart aktar gebel u wahda wahda tfajthom il-bahar u harist lejn il-mewg li nfirex f’diversi direzzjonijiet. Issa fhimt ftit mill-kobor tal-Hniena ta’ Alla. Gelben id-dmugh ma’ haddejja u fhimt li issa irbaht il-battalja.”

“Dawk is-snin kollha u fl-ahhar dak li riedni naghmel Hu kien li nhalli warajja l-hajja ta’ l-imghoddi. Nitfaghha fl-Ocean tal-Hniena bla tarf Tieghu, il-mewg johrog ‘l barra bhala xiehda lill-bqaija tad-dinja li hu mhux biss hafer izda nesa’ kollox : GESU’ JIENA NAFDA FIK.”

Make a free website with Yola