jesusandmary

 

L-ANGLU KUSTODJU

 

 

Fil-bidu tal-Kristjanezmu ma kienx hemm la festa u anqas tifkira ta’ l-anglu kustodju, imma biss festa wahda ghal arkangli. Biss fil-15 u 16 il-seklu, il-festa ta’ l-Angli Kustodji kienet celebrata b’mod mhux ufficjali gewwa l-Awstrija, Spanja u anke l-Portugal.

Fis-sena 1608 il-Papa Pawlu V waqqafha bhala festa universali biex inissel gharfien f’dawn l-angli kustodji mhux ghal jum wiehed biss f’Ottubru, izda f’kuljum ta’ hajjitna.

Alla tana l-anglu kustodju biex iharisna minn kull deni. San Girolmu jikteb li ruh il-bniedem ghandha tant valur fis-sema li kull persuna fid-dinja ghandha anglu kustodju maghha l-hin kollu mill-mument tal-koncepiment.

Dawn l-Ispirti Puri li ahna la nistghu naraw u anqas imissu ghandhom hidma mportanti fil-hajja taghna. Gesu’ jirreferi ghalihom meta jghidilna: “[Mt:18:10] "Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar; għax, ngħidilkom, l-anġli tagħhom   fis-smewwiet dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-smewwiet.

L-anglu kustodju ta’ kull wiehed minna jiehu hsiebna ghax dik hija l-missjoni li fdalu Alla. Jinteressa ruhu bhalma omm tinteressa ruhha f’binha u meta nqieghdulhu l-htigijiet taghna, materjali jew spiritwali, huwa jkun lest li jghin, dejjem jekk ix-xewqat taghna ma jkunux ta’ detriment ghalina jew ghal haddiehor.

Qatt thalli jum jisbah jew jidlam minghajr ma tlissen it-talba ta’ l-anglu kustodju bhala tislima:

Anġlu t’Alla, li fi-tjubija tiegħu, Alla tani biex tħarisni, dawwalli moħħi, ħarisni, żommni u mexxini f’dan il-jum.  (jew f’dan il-lejl)  Ammen.

Make a free website with Yola