jesusandmary

IS-SAGRAMENTINI – ORDNI RELIGJUZA MHUX TAS-SOLTU

[The Sacramentine Sisters of Don Orione in Santiago, Chile.]

90 sena Don Orione waqqaf l-ordni tas-sorijiet hekk imsejha tas-Sagramentini.  Dawn joffru xi haga tassew partikulari ghas-salvazzjoni tal-midimbin: id-dizabilita’ taghhom.....l-ghama.

Huma kommunita’ ta’ sorijiet ghomja konsagrati ghal adorazzjoni perpetwa tas-Sagrament u jiddistingwu ruhhom mill-libsa bajda u skapular ahmar b’Ostja bajda rrakmata fuq sidirhom.

L-ewwel kliem ta’ San Luigi Orione meta waqqaf din il-kongregazzjoni kienu dawn: 

“ Jiena ghandi l-hsieb li noffri din il-familja gdida bhala fjura quddiem it-tron ta’ l-Imqaddsa Vergni Marija sabiex hija nnifisha bl-idejn imbierka taghha toffriha li Gesu’ fl-Imqaddes Sagrament.” Dan sehh gewwa l-Italja fil-15 ta’ Awissu tas-sena 1927.

Din il-familja hija fergha mill-kongregazzjoni tal-Missjonarji Zghar tas-Sorijiet tal-Karita’ u ghandha l-missjoni li toffri lil Alla n-nuqqas ta’ dawl jew ghama ghal dawk li ghandhom ma gharfux il-verita’ sabiex jum wiehed jigu f’kuntatt ma’ Alla, id-dawl tad-dinja.

Huma jfittxu li bl-adorazzjoni taghhom Ewkaristika u s-sagrificcju taghhom jaghtu spinta ‘l quddiem lil appostolat taz-zewg kongregazzjonijiet li waqqaf San Luigi Orione.

Il-kongregazzjoni ghandha djar miftuha gewwa l-Italja, Spanja, il-Filippini, il-Kenya, l-Argentina, il-Brazil u c-Cile.

Sa mis-sena 1943, il-kongregazzjoni fethet il-bibien taghha gewwa c-Cile u fil-prezent hemm tlett sorijiet li huma Sr. María Luz Ojeda, Sr. Elizabeth Sepúlveda, u Sr. María Pía Urbina. Dawn is-sorijiet ipoggu quddiem is-Sagrament it-talbiet numeruzi li jircievu mill-fidili fuq il-Facebook Account taghhom fejn joffru li jitolbu ghal kull intenzjoni li jircievu.

Sr. María Luz Ojeda kellha incident meta kienet ghadha tifla li hallieha vittma ta’ problemi visivi severi. Dawn komplew imorru ghal aghar sakemm meta kellha 30 sena tilfet id-dawl ta’ ghajnejha.

Hija tghid li ghalkemm ghamja tirringrazzja lil Alla ghaliex bis-sahha ta’ hekk dahlet fil-kongregazzjoni u quddiem is-Sagrament hija titlob hekk: “ Dan hu kif jiena nista’ nghin biex isalvaw l-erwieh. U jiena kuntenta b’dan.”

Tkompli tghid: “ Forsi b’dan li ser nghid ser ninhass pruzuntuza. Pero’ meta nidher quddiem il-Mulej ser nghidlu li jiena ghentu biex isalva l-erwieh.” Daqshekk hija kbira l-fidi ta’ din is-soru.

Is-sorijiet jiddedikaw kull jum tal-gimgha intenzjoni specjali: it-Tnejn ghall-morda, it-Tlieta ghaz-zaghzagh, l-Erbgha ghall-Paci, il-Hamis ghall-Vokazzjonijiet, il-Gimgha ghall-Anzjani, is-Sibt ghat-Tfal u l-Hadd ghall-Familji.

 

Make a free website with Yola