jesusandmary

META TIEKOL DIN IL-GALLETTINAFTAKAR F'DAN IL-MESSAGG........


Ftaht il-kaxxa fejn inzomm xi pakkett jew tnejn tal-gallettini u rajt il-pakkett tac-chocolate chips. Minnu hadt xi ftit tal-gallettini u qieghdthom fi platt biex waqt li noqghod fil-kwiet tas-salott nisma’ muzika klassika niekol xi wahda jew tnejn. Hsibt li jinzlu ghasel ma’ kikkra te’ shuna. B’ghajnejja maghluqa, mitluq fuq pultruna u bi sfond baxx tal-muzika ghaddieli minn mohhi kif twieldu dawk ic-choclate chips.

Ruth Wakefield u zewgha kienu l-propjetarji ta’ lukanda.  Mibnija fis-sena 1709 din id-dar antika kienet isservi bhala waqfa ghall-vjaggaturi li riedu jbiddlu z-zwiemel taghhom, ihallsu t-taxxa tat-triq u jiehdu xi haga ta’ l-ikel. Biz-zmien laqqmuha “The Toll House Inn.” Il-Wakefields zammew it-tradizzjoni li jipprovdu l-ikel bnin u mistrieh lill-vjaggaturi anke fiz-Zmien tad- Dipressjoni.

Ruth kienet maghrufa ghat-tisjir taghha u bosta drabi kienet tahmi l-gallettini bir-ricetta taghha. Fost l-ingredjenti kienet izzid ic-cikkulata tat-tidwib li kienet tati toghma bnina lill-gallettina.

Jum wiehed fis-sena 1937 indunat li naqsitilha c-cikkulata tat-tidwib, imma b’xorti tajba sabet bicca cikkulata tad-ditta Nestle.  Kissritha u habbtiha mat-tahtlita, filwaqt li stenniet li din il-kwalita’ ta’ cikkulata, iddub u tati dik l-istess toghma tajba tas-soltu. B’ghageb kbir taghha dik ic-cikkulata ma dabitx u baghet izzomm il-forma li fiha tkissret. Ir-rizultat finali kien toghma gdida u tajba lil dawk il-gallettini li hmiet dak in-nhar.

Dawn il-gallettini saru popolari. Nestle xtrat id-dritt tar-ricetta u bdiet tipproduciehom hi bl-isem Nestle Toll House Real Semi Sweet Chocolate Morsels fis-sena 1939.

L-aktar gallettina popolari ta’ kull zmien harget fis-suq bis-sahha ta’ bicca cikkulata li zammet il-kwalita’ taghha u ma dabitx meta kienet fis-shana tal-forn.

Ahna wkoll nistghu nkunu bhal dik il-bicca cikkulata! Satana jaghmel li jista’ biex “idewwibna”.  Imma irridu nieqfulhu u nkunu kuraggjuzi li noffrulhu opposizzjoni.

“Ibqa’ hobb.Ibqa’ ipprova. Ibqa’ afda. Ibqa’ emmen. Ibqa’ ikber fil-fidi tieghek. Is-sema qed jidhaqlek, illum, ghada u ghal dejjem.”

Ahna nghixu hawn fl-art, izda ma rridux nkunu ta’ l-art. Jehtigilna ghalhekk nistiednu lil Ispirtu Qaddis bex jidhol f’hajjitna u gewwa darna. Jekk ma naghmlux hekk nirriskjaw li “indubu”.  Ser ikun hemm mumenti li fihom inhossuna li morna lura fil-hajja spiritwali, izda b’daqshekk wiehed ma ghandux icedi jew jaqta’ qalbu. Il-vangelu u l-knisja flimkien mas-sagramenti huma mahsuba biex jaghtuna t-tama u l-ispirazzjoni. Huwa biss l-ghadu taghna x-xitan li jfesfslina li kull tentattiv biex nikbru fil-qdusija huwa vojt, u li hadd ma jaghmel progress anzi dejjem jibqa’ fejn hu jekk ma jmurx lura ukoll.

 

Make a free website with Yola