jesusandmary

X’JAGHMEL IX-XITAN BIEX MA JHALLIHX IL-BNIEDEM JERSAQ LEJN

IL-QRAR 


Meta l-bniedem penitenti jaghmel l-ewwel pass biex jersaq lejn is-Sagrament tal-Qrar, ix-xitan ma hux ser jibqa’ lura ghax dak li rebah ma jkunx irid li jitilfu f’minuta.

Meta jara li l-grazzja ta’ Alla ser tibda’ tahdem fil-bniedem midneb, allura huwa jipprova jdahhal id-dubbju biex jaqta’ qalb il-bniedem li jixtieq jerga’ jibni mill-gdid ir-relazzjoni ta’ hbiberija ma’ Alla. Ifesfes f’widnejn il-midneb u jghidlu:

 

Dnubietek huma kbar wisq! 

Ix-xitan jista’ jikkonvincina li dnubietna huma hafna u gravi. Ix-xitan hu bil-ghaqal hafna, izda jirraguna hazin. Gesu’ ma giex ghall-qaddisin jew perfetti, izda biex isalva lill-midimbin. Din kienet il-missjoni tieghu. L-Isqof Fulton Sheen juri lil Kristu bhala s-Salvatur  li gie fid-dinja biex jehlisna minn dnubietna. Ghandna kemm ghandna htijiet, huma kemm huma kbar u gravi, Gesu’ lest li jahfer u jilqaghna mill-gdid b’dirghajh miftuha. Basta nuru li ahna niedma.

 

Qerr ghada.

 Ix-xitan ta’ l-ghada qatt ma hu ‘l boghod anzi qrib hafna. Kemm-il darba nhallu ghal ghada hwejjeg li huma ta’ htiega li naghmlu l-llum, specjalment fil-hwejjeg tar-ruh. Kemm insibuha komda li nserrhu l-kuxjenza taghna billi nghidu lilna nfusna : “Ma hemmx ghaggla. Naghmilha ghada. “ U min jassigurak li ghada hu tieghek? Kemm nies raqdu bi pjanijiet u fallew ghax l-ghada ma qamux!!!!!!!!!!

Is-Sacerdot jafni.

Din ma ghandix tkun problema ghaliex jew taghzel konfessur iehor jew tmur tqerr wara l-konfessjonarju u hekk tibqa’ mistur. U wara kollox anke jekk tqerr wicc imbwicc, is-sacerdot mhux ser jixxokkja ruhu ghax min jaf kemm ikun sema’ dnubiet simili. Anqas ma hu sejjer jitkaza ghaliex hu wkoll bid-difetti tieghu u jistqarr htijietu ma’ sacerdot iehor.

 

Is-sacerdot jista’ jikxef dnubieti.....

QATT, QATT, u QATT. Huwa marbut taht is-sigriet tal-Qrar bhalma tabib huwa marbut bis-sigriet tal-professjoni tieghu. Qatt ma nstema’ li xi sacerdot kiser dan is-sigill tal-Qrar li jfisser li hu qatt ma jista’ jirrevela dak li sema’ fil-Qrar. Anzi kien hawn sacerdoti li hallew hajjithom biex ikunu fidili lejn dan is-Sigriet tal-Qrar. Wiehed minnhom hu San Gwann Nepomucene li biex ma jikxifx id-dnubiet tar-regina mar-re li kkmandah jisvelhomlu, safa’maqtul bil-kmand tar-re.

 

Inutli nqerr ghax nerga’ naqa u nirrepeti l-istess dnubiet:

 Hija tentazzjoni komuni mqanqla mix-xitan biex jikkonvincik li inti qatt ma tista’ titbiddel u li inti ma tiswa’ ghalxejn. Ragunament hazin ghal ahhar. Imma ghalkemm dan jista’ jkun verita’ , li tersaq lejn il-Qrar huwa incentiv biex tidneb dejjem inqas. Fi ftit kliem bil-ghajnuna ta’ Alla moghtija lilna fis-Sagrament tal-Qrar ahna nistghu nirbhu dnub.

 Inhossni nisthi:

Huwa interessanti li tkun taf kemm ix-xitan jaf jahdem lill-bniedem. Ara kemm hu hekk. Meta jistedinna nidimbu jnehhi minn fina l-misthija u kull biza’, imma meta nidimbu allura jerga’ jtina dak li serqilna biex jipparalizzana li nersqu lejn il-Qrar u b’hekk insiru lsira tad-dnub. Thallihx jidhaq bik.

 

Nista’ nistqarr dnubieti quddiem Alla u allura ma hemmx il-htiega tal-qassis:

Qerq kbir tax-xitan li huwa missier il-gidba u qattiel ta’ l-erwieh. Ahna nafu li Gesu’ ghazel bhala rapprezentanti tieghu lis-sacerdoti biex dawn ikunu kanali ta’ grazzji u strumenti li bihom ahna nirrikonciljaw ruhna ma’ Alla. Dan ghamlu fl-ewwel Hadd ta’ l-Ghid meta deher lil appostli  nefah fuqhom u qalilhom: “ Ircievu l-Ispirtu Santu, id-dnubiet li intom tahfru jkunu  mahfur u dawk li intom izzommu jkunu mizmuma.” F’din l-okazzjoni Kristu waqqaf is-sagrament tal-Qrar li jahfrilna htijietna u jirrikonciljana mal-Qalb Imqaddsa Tieghu mimlija Hniena u Imhabba.

Bhala konkluzjoni irridu nistqarru li ahna lkoll, fl-armarji taghna ghandna, mohbija u msakkra l-iskeletri taghna. Dawn huma ta’ xkiel biex nersqu lejn Gesu’ il-fonti ta’ Hniena u Mhabba. Imma l-aghar haga hija li naqtghu qalbna mill-Hniena Tieghu.  Ejjew nirbhu din il-biza’ u nitheggu biex naghmlu qrar tajba ghax Kristu ghandu Qalbu mansweta u umli u Huwa jaghtina l-mistrieh.

 

.

Make a free website with Yola