jesusandmary


POSTIJIET FIL-BIBBJA

l-art imqaddsa ta’ zmien kristu.


IL-FORTIZZA ANTONIA


Il-post li ntghazel biex jimbena’ it-tempju, deher li kien l-aktar parti vulnerabbli fi-belt ta’ Gerusalem li kienet dominata mill-gholja fil-qrib, l-gholja ta’ Bezetha. Inhass mill-ewwel il-bzonn li timbena’ fortifikazzjoni f’kaz li jsir xi htib ghall-belt. Ghal din ir-raguni torri ta’ difiza mbena’ mat-Tempju.

Fis-sena 37 -35 qabel Kristu Erodi bena’ fortizza  ta’ qawwa liema bhala u li kien juzaha bhala r-residenza tieghu.  Huwa semmiha Antonia f’gieh il—habib tieghu ruman, Marc Antonius. Ir-re biex ikun jista’ jzomm taht il-kontroll tieghu l-klassi tas-sacerdoti, irnexxilu jakkwista l-ilbies solenni tal-Qassis il-Kbir u jzommu taht il-kustodja tieghu fil-fortizza; u din it-tradizzjoni baqghet tinzamm anke fi zmien il-prokoraturi rumani.

Guzeppi Flavju, storiku ta’ fama kbira f’dawk iz-zminijiet, fil-ktieb tieghu il-Gwerrer tal-Lhud  jaghtina deskrizzjoni dettaljata tat-Torri jew Fortizza Antonia. Il-bini kellu d-dehra ta’ fortizza u internament  kellu kull kumdita’ ta’ palazz.

Fl-erba kantunieri tal-fortizza kien hemm erba torrijiet, b’dak fuq in-naha tax-xlokk ikun l-oghla wiehed; minn fuq il-quccata tieghu wiehed kien jista’ jara t-tempju kollu.  Skali differenti ta’ turgien kienu jghaqqdu t-Tempju mal-Fortizza. Dawn kienu jippermettu l- intervent fil-pront tas-suldati jekk kien isehh xi inkwiet.

Dan ma kienx xi haga ta’ barra minn hawn ghaliex fl-okazzjoni tal-festi, specjalment fil-Ghid kienu jigru hwejjeg bhala dawn. L-Ghid kienet festa li Lhud kienu jiccelebraw bhala l-helsien taghhom mill-jasar ta’ Egizzjani.

Wara li Arkelaws, li kien is-successur ta’ missieru Erodi, kien imnehhi u eziljat minn Augustus, il-fortizza giet okkupata mill- armata rumana. Meta l-prokoraturi rumani li kienu jabitaw fil-belt ta’ Cesarea Marittima, kienu jitilghu Gerusalem waqt ic-celebrazzjonijiet tal-Lhud biex izommu l-ordni, Huma kienu jippreferu joqghodu fil-palazz ta’ Erodi li kien qrib il-belt ta’ David biex ikunu ’l boghod mill-hsejjes.

Imbaghad meta jinqalghu mumenti ta’ tensjoni kienu jmorri fil-fortizza mnejn kien jiddominaw il-pjazza kollha tat-Tempju;  kien lok idejali biex jikkontrollaw l-imgieba tal-follol.

Jekk wiehed joqghod fuq din is-supposizzjoni, din l-idea turi fejn kien il-pretorju li minnu jitkellmu l-evangelisti, qrib it-Torri Antonia; infatti fejn kien hemm il-prokuratur kien hemm il-pretorju. Ir-rakkonti ta’ l-evangelju jghidu li Gesu’, wara l-process tieghu quddiem Kajfa, gie mehud fil-pretorju fejn kien hemm Pilatu.

Imma skont tesi ohra, illum aktar segwita, il-post storikament li sehh dan kollu ma kienx it-Torri Antonia, izda il-palazz ta’ Erodi (fejn kien joqghod Pilatu); din hi ipotesi ta’ Abel u Benoit (1952) li fi zminijietna hija l-aktar segwita, imma mhux mill-Frangiskani tal-Flagellazjoni.


Make a free website with Yola