jesusandmary

NIES FIL-BIBBJA

IL-PROFETA ISAIJA

Isaija bil-lingwa Lhudija jfisser Alla hu Salvazzjoni. Huwa l-ewwel wiehed fost il-profeti l-kbar u twieled fit-8 seklu qabel Kristu.

Il-profeti l-kbar huma erba, Isaija, Geremija, ezekjiel u Danjiel. Isejhuluhom kbar minhabba l-kitbiet twal taghhom.

Hu mahsub li kellu madwar 20 sena meta beda’ il-missjoni pubblika tieghu. Kien cittadin ta’ Gerusalem u l-kitbiet tieghu juru li kien bniedem kolt hafna. Kien mizzewweg u kellu zewg subien.
Huwa beda’ il-missjoni tieghu meta l-qawwa Assirjana kienet fl-aqwa taghha u kien xhud tal-waqa’ tas-saltna ta’ Izrael bir-rebha tas-Samarija u d-deportazzjoni ta’ l-abitanti lejn l-Assirja. Huwa maghruf li hadha qatta bla habel kontra dawk li kellhom xi setgha li kienu jahqru lill-foqra.


IL-MESSAGG TIEGHU

Il-Messagg principali tieghu hu li Alla hu Qaddis; u billi Izrael kellu Alla Qaddis kien jehtieg li l-poplu wkoll jkun qaddis. Kien bniedem kapci biexjitkellem u kien jaf kif u meta ghandu jattakka  lill-hazen tal-poplu fil-kostumi tieghu u r-riti pagani prattikati minn hafna. Huwa kien kontra kull alleanza ma’ popli pagani ghax kien wisq jibza’ li l-Izraelita’ jittiehdu mill-kostumi hziena taghhom. Skont Isaija ir-renju futur tal-Messija jakkwistawh biss dawk li jaccettaw ir-rieda ta’ Yahweh. B’Kap ta’ din is-saltna kien ser ikun hemm ir-re Messija, dixxendenti ta’ David, l-Emanuel, Alla hu maghna.

 

.

Make a free website with Yola