jesusandmary

POSTIJIET FIL-BIBBJA

l-art imqaddsa ta’ zmien kristu.

KAFARNAW


Kafarnaw kienet ic-centru ta’ l-attivitajiet ta’ Gesu. Tinsab fil-Galilea u Gesu’ ghamilha daru wara li halla lin-Nazaret. Kien jghallem fis-sinagoga tal-lokal u hemm huwa wettaq bosta mirakli. Kienet ukoll il-belt nattiva ta’ l-appostli Pietru, Gakbu, Indri u Giovanni u l-pubblikan Mattew.

L-ewwel nies li abitaw gewwa Kafarfnaw kien fit-3 Millenium qabel Kristu fil-bidu ta’ Zmien il-Bronz. Maz-zmien il-popolazzjoni kibret u naqset, imma kibret mill-gdid, meta fil-hames seklu qabel Kristu il-Lhud bdew jirritornaw wara l-ezilju taghhom.

Issa li Kafarnaw svillupat sew fi zmien Gesu’, imbniet sinagoga fic-centru tal-villagg. Fi zmien il-Bizantini, imbniet sinagoga ohra b’gebel abjad fuq dik li kien hemm.

Knisja ottagonali imbniet fil-5 seklu fuq il-post fejn kien hemm id-dar ta’ San Pietru u kienet taqdi l-htigijiet spiritwali ta’ bosta nsara.


 Kafarnaw ghadda minn zmien ta’ prosperita’ matul il-periodi Rumani u Bizantini u l-abitanti tal-villagg kienu principalment sajjieda u bdiewa. Xi whud mill-abitanti tal-post kienu jipprovdu servizzi lil karovani li kienu jghaddu minn Kafarnaw billi l-villagg kien f’nofs it-triq bejn Damasku u l-Egittu, triq uzata hafna mill-merkanti .

 

Kafarnaw kien parzjalment meqrud mir-rebha tal-Persjanifis-7 seklu wara Kristu. Is-sinagoga u l-knisja inqerdu matul l-okkupazzjoni ta’ l-Arab (7 – 12 seklu) imma l-villagg kompla jiffunzjona ghal xi zmien; imbaghad safa’ meqrud totalment.

 

Il-Frangiskani xtraw l-arja fis-sena 1804; zewg terzi mill-patrijiet frangiskani u t-terz l-iehor mill-Griegi Orotdossi. L-iskavazzjonijiet saru matul is-snin 1905 – 1915, 1968-1984)


   

Make a free website with Yola