jesusandmary

MIN HU SAN MIKIEL?

Fil-Bibbja jissemmew tlett arkangli, li wiehed minnhom huwa San Mikiel. It-tnejn l-ohra huma Rafel u Gabirjiel. . L-isem Mikiel ġej mil-espressjoni "Mi-ka-El" li tfisser "min hu bħal Alla?"


Mal-figura ta’ San Mikiel hemm marbuta devozzjoni kbira.

It-tradizzjoni Nisranija tħares lejn San Mikiel bħala dak li jiġġieled kontra x-xitan, dak li jsalva l-erwieħ fil-punt tal-mewt, dak li jħares lill-Knisja, u dak li jieħu l-erwieħ għand Alla għall-ġudizzju. L-Insara tal-bidu kienu jpoġġu l-morda taħt il-ħarsien ta' San Mikiel.

San Mikiel hu marbut ma’ ħafna nixxigħat bil-qawwa li jfejqu madwar l-Ewropa, bħal fi Chiarotopa ħdejn Kolossae u dawk f’Khonas. Fis-Santwarju ta’ Sosthenion, qrib Kostantinopli jingħad li San Mikiel deher lill-Imperatur Kostantinu. F’Ruma, jingħad li l-Arkanġlu deher fuq il-Moles Hadriani fis-sena 950 w.K. waqt purċissjoni mill-Papa Girgor għall-ħelsien mill-pesta. Jingħad ukoll li fis-seklu 6 w.K. l-Arkanġlu Mikiel deher fuq il-muntanja Gargano fin-nofsinhar tal-Italja.

L-Arkanġlu Mikiel huwa l-patrun tal-morda, tal-kavallieri, tal-baħħara u tal-bejjiegħa tal-merċa. Niftakar sew il-prokuratur ta’ San Mikiel gewwa Bormla kien idur hanut hanut jigbor bis-sasla ghal l-ispejjes tal-festa. Xi snin ilu kollettur kien idur il-bejjiegha

 ta’ fuq il-Monti jigbor ghall-festa ta’ San Mikiel. Il-Qaddis huwa patrun tal-Germanja u Franza.

Il-figura ta’ San Mikiel hija raffiguratra b’xabla f’idu, liebes il-kurazza, rebbieh fuq ix-xitan. Issib ukoll xbihat tal-qaddis b’miżien f'idu, simbolu tal-ġustizzja divina.

Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tiegħu nhar id-29 ta’ Settembru, flimkien mal-Arkanġli Gabrijel u Rafel.
F’Malta hawn tlett knejjes dedikati li San Mikiel. fis-Salini (Burmarrad), fl-Iklin u fl-Imqabba. Kien hemm oħra Ħaż-Żebbuġ.

Pero’ imxerrda fid-dinja hawn diversi knejjes dedikati lil dan il-qaddis. Fost dawn l-aktar popolari huma l-Gargano fl-Italja, Mont-Saint-Michel, u l-Katidral ta’ San Mikiel u Santa Gudula go Brussels.
Fuq dawn nitkellmu aktar ‘l quddiem.

Make a free website with Yola