jesusandmary

ID-DEVOZZJONI LEJN SAN MIKIEL

SAN ĠORĠ PRECA U SAN MIKIEL


Dun Ġorġ Preca kien devot kbir tal-Arkanġlu San Mikiel. Dun Ġorġ kien jirrakkonta kif darba meta kellu madwar ħames snin kien ghaddej il-Belt mas-seftura tal-familja u waqqfu uffiċjal żagħżugħ li qegħedlu f’idu arloġġ tad-deheb. Dan l-uffiċjal sparixxa f'daqqa u anke l-arloġġ. Dun Ġorġ kien persważ li dak l-uffiċjal ma kien ħadd ħlief l-arkanġlu San Mikiel u l-arloġġ kellu jkun l-Arloġġ ta’ Talb li Dun Ġorġ stess kellu jikteb għas-soċji tal-MUSEUM biex jitolbuh kull kwarta.


Iżjed tard Dun Ġorġ għażel lil San Mikiel bħala d-Difensur tas-Soċjetà tal-MUSEUM. Fil-bidu ta' kull laqgħa tagħhom, is-soċji jagħtuh qima b'talba msejħa s-Salve Sancte Michael, li qabel kienet titkanta bil-Latin:

“ Sliem għalik O Qawwi San Mikiel, Int tħarisna f'kull tiġrib.
Lill-anġli t'Alla kull ġieħ u glorja għax lilu jaqdu u jagħtu qima, kull ġieħ u glorja. ”

Talba popolari hafna hija dik li qed tinghad bhalissa wara l-quddiesa li tixxandar fuq TVM waqt dan iz-zmien ta’ pandemija.


TALBA LIL SAN MIKIEL ARKANGLU


San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida; kun int l-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju. Irażżnu Alla, nitolbuk bil-ħerqa. Int l-aqwa fost il-qtajja’ tas-sema, itfa' bil-qawwa t'Alla, fil-qiegħ ta' l-infern lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien ta' l-erwieħ. Ammen.
Din it-talba ma baqghetx tinghad aktar fil-liturgija l-gdida. Imma niftakar li wara kull quddies fiz-zminijiet l-imghoddija kienet tinghad wara kull quddiesa.


L-istorja warajha hija din:
Fit-13 ta’ Ottubru 1884 il-Papa Ljun XIII kellu dehra. Hekk kif temm il-quddiesa fil-kappella privata tiegħu ġewwa l-Vatikan, huwa waqaf għal madwar għaxar minuti. Fil-kappella kien hemm xi kardinali u membri oħra tal-Vatikan. Hekk kif il-papa xwejjaħ mar fl-uffiċċju tiegħu huwa kiteb it-talba lil San Mikiel u talab li din it-talba tibda’ tingħad fil-quddies kollu. Meta staqsewh x’kien ġara wara l-quddiesa u għalfejn waqaf, hu qalilhom li sema’ bħal taħdita bejn Qawwa tajba u Satana u għalhekk kiteb it-talba għax kien hemm bżonn ħafna talb lil dan l-Arkanġlu. Fl-24 ta’ April 1994 waqt l-Angelus, il-Papa San Ġwanni Pawlu II qal li t-talba lil San Mikiel għandha terġa’ tibda’ tingħad spiss mill-Insara kollha.


San Piju minn Pietralcina fehem kemm San Mikiel Arkanglu kien difensur qawwi ta’ l-umanita’ u tal-missjoni salvivika tal-knisja ta’ Kristu talab lill-awtorita’ tal-knisja biex wara l-quddiesa huwa jkompli jghid din it-talba. U l-awtorita’ tatu l-permess. Kien devot hafna ta’ l-Arkanglu San Mikiel. Dan l-episodju, wiehed minn hafna huwa prova ta’ dan il-fatt.
Padre Mariano Paladino li kien wiehed mill-infermieri ta’ Padre Pio jistqarr li ra lil Francesco tfajjel zghir, (Padre Pio kien jismu Francesco qabel ma dahal patru u biddel ismu) mindud f’benniena protett mill-gwienah ta’ l-Arkanglu. Billi haseb li kien qed johlom jew li kienet allucinazzjoni, Padre Mariano irrakonta l-grajja lill-qaddis kappuccin u ta’ din il-grajja rcieva din ir-risposta minghand San Pio. “ Gwaj kien ikun, li ma kienx San Mikiel ghalija: kieku f’din is-siegha kont tara lil Padre Pio taht saqajn Lucifru.”


Il-Papa San Gwann Pawlu II jghidilna li ghalkemm din it-talb ma ghadhiex tinghad wara l-quddiesa, inheggigkom li tirrecitawha minhabba l-barka kbira li ggib fuqna fil-gwerra lighandna mad-dlaminijet ta’l-infern u kontra l-ispirtu hziena ta’ din id-dinja.

Make a free website with Yola