jesusandmary


JUM IN-NANNIET  - 23 LULJU 2022


Filippino Lippi, “IL-LAQGHA BEJN SANT’ ANNA U SAN GWAKKIN” 1497

Hafna pajjizi ghandhom jiem specjali biex jonoraw lin-Nanniet.

Xi whud ghazlu jiem  fissi: il-Polonja ticcelebra dan il-jum fil-21 ta’ Jannar ghan-nanniet nisa u fit-22 ta’ Jannar ghan-nanniet irgiel, l-Olanda fit-4 ta’ Gunju, Brazil, Portugal u Spanja fis-26 ta’ Lulju, il-Messiku fit 28 ta; Awwissu, l-Italja fit-2 ta’ Ottubru u r-Russja fit-28 ta’ Ottubru.

Pajjizi ohra ghazlu Hdud specifici: per ezempju biex insemmi tlett pajjizi fost id-diversi : hemm l-Istati Uniti flimkien mal-Bangaldesh, l-Estonia u  l-Filippini li ghazlu it-tieni Hadd ta’ Settembru.

Imma l-maggoranza tal-pajjizi  fid-dinja ma ghandhomx jum biex fih jonoraw lill-genituri tal- genituri. In-Nazzjonijiet Uniti li waqqfet 190 jiem internazzjonali ma ghandhomx  wiehed ghan-nanniet. U ghalhekk huwa hafna sinifikanti li l-Papa Frangisk stabbilixxa l-Jum Dinji tan-nanniet u l-anzjani biex ikuncelebrat fir-Raba Hadd ta’ Lulju. Bil-Kattolici mxerrda kwazi f’kull pajjiz, il-kommemorazzjoni ghandha tkun ta’ apprezzament xieraq ghan-nanniet madwar id-dinja. U l-ewwel osservanza ta’ din it-tifkira saret ghal l-ewwel darba fil-25 ta’ Lulju 2021.

Fil-messagg tieghu bi thejjija ghal dan il-jum, il-Papa Frangisk qal li kien imqanqal biex iwaqqfu, minhabba l-importanza tan-nanniet u l-anzjani, tema li fuqha kemm-il darba tkellem, imma partikolarment ghaliex hafna nanniet u anzjani kienu qed jigu mwarrba u minsija minhabba il-pandemija COVID 19, meta ir-restrizzjonijiet biex wiehed jivvjagga kienu fis-sehh, minhabba il-poltika fid-djar ta’ l-anzjani li kienet taghmilha difficli biex il-familjari jzuru lil mahbubin taghhom.

Huwa jittama li f’dan il-jum in-neputijiet jzuru lin-nanniet taghhom u li l-parrocci jorganizzaw Quddies ta’ Radd il-hajr lil Alla ghad-don tan-nanniet, jitolbu ghalihom u jirrakommandaw li dawk li gia hallew lil din id-dinja lil Alla biex ikollu hniena minnhom.

Huwa ghazel li dan il-jum ikun imfakkar fir-4 Hadd ta’ Lulju biex ikun qrib kemm jista’ jkun  lejn id-data tas-26 ta’ Lulju, festa ta’ Santa Anna u San Gwakkin, in-nanniet ta’ Gesu’. Papa Frangisku heggeg hafna lin-nanniet biex ikunu xiehda ta’ Kristu lin-neputijiet taghhom u jkunu ta’ harriesa tan-neputijiet taghhom kemm f’dak li huma hwejjeg tal-gisem, kif ukoll f’dak li jirrigwardja lir-ruh.

Bhalma il-Mulej Gesu’ qatt ma irtira mix-xoghol evangeliku tieghu, hekk ukoll il-missjoni tan-nanniet ghandha tkompli sa l-ahhar ghax ix-xandir tal-Vangelu ma ghandux zmien li jieqaf jew  zmien ta’ mistrieh. 

Niftakru biss li malli xi hadd jahseb biex jieqaf, ibqghu zguri li postu johodulu xi hadd Ii forsi jkollu interess li jisraq l-erwieh lil Gesu’. Il-Papa jitlob li in-nanniet izommu hajja t-tradizzjonijiet u jaqsmuhom man-neputijiet taghhom. Din hija l-vera vokazzjoni tan-nanniet.

Il-Papa jheggeg lin-nanniet li mhux biss ikomplu jikkontribwixxu l-hidma taghhom lejn in-neputijiet izda jaraw lilhom infushom bhala haddiema li ghadhom importanti fil-ghalqa tas-Sinjur, minkejja l-eta’ avvanzata taghhom. U jsemmi figuri bibblici bhalma huma Abraham, Mose’, Eleazar, Elizabetta u Zakkarija, Nikodemu fost l-ohrajn, li ghalkemm huma avvanzati fis-snin, kellhom parti mportanti xi jwettqu fil-pajn tas-salvazzjoni ta’ Alla.

Anke jekk fizikament ma jistghux jkunu attivi, il-Papa jfakkarhom fit-talb li huwa mezz effikaci hafna, xi haga li tista’ tipprotegi lid-dinja anke forsi mill-attivita’ frenetika ta’ hafna ohrajn.

Papa Frangisk jheggeg lin-neputijiet biex jibzghu ghan-nanniet taghhom u jkunu grati lejhom.

Hafna mill-anzjani jhossuhom sodisfatti li huma nanniet, jiehdu pjacir jitkellmu fuq in-neputijiet taghhom ma’ ta’ madwarhom u lesti li jrabbu u jiehdu hsiebhom waqt li l-genituri taghhom ikunu fuq ix-xoghol. In-nanniet isibu aktar hin biex jitkellmu man-neputijiet taghhom, jghallmuhom u jitolbu maghhom, u jilghabu maghhom .

Inti o nannu  u nanna thalli qatt jum jghaddi minghajr ma toffri xi talba ghan-neputijiet tieghek. Mas-saqajn hawn hafna iljuni jduru madwarna biex jisirqu l-innocenza tan-neputijiet taghkom.

U inti neputi jew neputija itlobu wkoll ghan-nanniet taghkom u uru l-gratitudni tieghek imqar b’kartolina f’dan il-jum.

Make a free website with Yola