jesusandmary

PARIR TA’ SAN PIO MINN PIETRALCINA DWAR IL-PREZENZA TA’ L-ANGLU KUSTODJU

Tinsiex dan is-sieheb invizibbli, hu dejjem prezenti,  dejjem lest jikkonslana.
Padre Pio kellu laqghat mal-angli tul hajtu u sar jafhom tajjeb hafna. 
F’ittra li kiteb fil-15 ta’ Lulju, 1913, lil Annita, jaghtiha (u lilna wkoll) pariri imprezzabbli dwar kif ghandna nagixxu fir-rigward tal-anglu kustodju,  u t-talb taghna.

Ghaziza bint Gesù,

Jalla qalbek tkun dejjem tempju tal-Ispirtu s-Santu. Jalla Gesù jkabbar in-nar tal-imhabba tieghu f’ruhek u jalla dejjem jitbissem fuqek, bhalma jaghmel fuq l-erwieh kollha li jhobb. Jalla Marija Mqaddsa titbissimlek matul il-grajjiet kollha ta’ hajtek, u tpatti b’mod abbundanti ghan-nuqqas ta’ ommok fuq l-art.

Jalla l-anglu kustodju tajjeb tieghek dejjem jghasses fuqek, u jkun il-gwida tieghek fit-triq imqallba tal-hajja. Jalla dejjem izommok fil-grazzja ta’ Gesù u jzommok b’idejh biex ma tweggghax saqajk fuq xi gebla. Jalla jipprotegik taht gwienah tieghu mill-qerq kollu tad-dinja, ix-xitan u l-gisem.

Ikollok devozzjoni kbira, Annita, lejn dan l-anglu beneficjarju. Kemm hu ta’ konsolazzjoni li nafu li ghandna spirtu li, mill-guf sal-qabar, qatt ma jhallina lanqas ghal waqt wiehed biss, anke meta nazzardaw nidinbu. U dan l-ispirtu tas-sema jiggwidana u jipprotegina bhal habib, hu.

Imma huwa taʼ konsolazzjoni hafna li nkunu nafu li dan l- anglu jitlob bla waqfien ghalina, u joffri lil Alla l- ghemejjel tajbin taghna, il- hsibijiet taghna u x- xewqat taghna, jekk huma safja.

Oh! Ghal gid, tinsiex lil dan il-kumpann invizibbli, dejjem prezenti, dejjem dispost li jismaghna u aktar lest li jikkonslana. Oh, intimità mill-isbah! Oh, kumpanija mbierka! Kieku nistghu nifhmuh! Zommu dejjem quddiem ghajnejk. Ftakar fil-prezenza ta’ dan l-anglu ta’ spiss, irringrazzjah, itolbu, dejjem zomm relazzjoni tajba mieghu. Uri lilek innifsek lilu u afdalu t-tbatija tieghek. Kun dejjem attenta li ma tmurx toffendi s-safa taht il-harsa tieghu.
Kun af dan, u zommu prezenti sew f'mohhok. Huwa facilment joffendi ruhu, sensittiv hafna. Dur lejh f’mumenti ta’ dieqa kbira u tesperjenza l-ghajnuna ta’ gid tieghu.

Qatt tghid li int wahdek fil-battalja kontra l-ghedewwa tieghek; qatt  tghid li m'ghandek lil hadd li tista' tiftah qalbek mieghu u tafdah. Tkun ingustizzja gravi ghal dan il- messaggier tas- sema.

Make a free website with Yola