jesusandmary

HTML Editor - Full Version

GHALIEX IS-SIMBOLU TA’ SANTA ANJEZE HUWA L-HARUF?

Sa mir-4 seklu l-arti dejjem uriet lil Santa Anjeze ta’ Ruma, li l-festa taghha tahbat fil-21 ta’ Jannar, qed izzomm haruf.

Kull sena fil-jum tal-festa taghha jitbierek l-haruf u s-suf tieghu jintuza biex jinhadem il-pallium li huwa ilbies jixbah lil xalla bajda li jintlibes mill-isqof metropolitan fuq il-pjaneta.

L-ewwelnet il-konnessjoni bejn Santa Anjeze ta’ Ruma u l-haruf huwa isimha “Angnes” .Il-kelma latina ghall-haruf hija agnus u b’rizultat ta’ dan isimha jfisser “haruf”.

Jinghad li sehhet grajja wara mewtha, meta hbiebha kienu ghassa hdejn il-qabar taghha, u lemhu ghadd kbir ta’ vergni lebsin ilbies tad-deheb u fidda u dawl kbir idda quddiemhom u fuq in-naha tal-lemin kien hemm haruf abjad aktar mis-silg. Fosthom huma lemhu lil Santa Anjeze li qalet lill-genituri taghha: “ Isimghuni u kunu afu li ma hemmx bzonn li tibqghu tikbuni, imma ifirhu mieghi ghax flimkien ma’ dawn il-vergni, Gesu’ Kristu tani l-isbah ghamara u mieghu nghaqadt fil-genna, lilu li fid-dinja habbejt b’qalbi kollha, b’ruhi kollha u gisimi kollu.”

F’din l-istorja il-presenza tal-haruf tfisser safa u tirreferi ghall-purita’ ta’ hajjitha. U minn dak in-nhar, Santa Anjeze kienet murija bit-tixbieha tal-haruf u l-haruf baqa’ jigi mbierek fil-jum tal-festa taghha.

Santa Anjeze kienet bint genituri ghonja u distinti gewwa Ruma. Kienet tfajla sabieha, imma kellha fi hsiebha li toffri lilha nnifsha lil Alla.

Bosta zaghzagh rumani ppruvaw jikkonvincuha biex tmur kontra il-vot personali taghha.

Meta hadet il-martirju kellha biss 13 il-sena. Kull min kien jistaqsiha ghaz-zwieg kienet tirrispondi li diga’ kkonsagrat ruhha lil gharus tas-sema. Dawn akkuzawha lill-gvernatur li kienet nisranija bit-tama li t-theddid u turmenti jdawrulha hsiebha. Ghall-ewwel l-imhallef ipprova bil-kelma t-tajba, izda ma rnexxilux. Meta l-gvernatur ra li tilef quddiem r-rieda qawwija tat-tfajla, taha l-martirju billi qatilha bix-xabla.

Il-qawwa taghha quddiem it-tirannija, rebhitilha reputazzjoni kbira u ntghazlet bhala wahda mill-patruni tal-purita’ u kastita’; aktar tard rgiel u nisa kienu jsejhu l-ghajnuna taghha kontra t-tentazzjoni tas-safa.

 


Make a free website with Yola