jesusandmary

 EDITH STEIN


EDITH STEIN kienet mara tedeska intelletwali u soru karmelitana. Kienet maqtul minn Nazi gewwa Auschwitz.  Illum hija qaddisa kattolika. Min kienet verament din il-mara ta’ qawwa?


L-Istorja ta’ Edith Stein tibda fil-Yom Kippur, Jum it-Tpattija, 1891 meta twieldet  l-izghar fost hdax-il ahwa. Missierhom kien negozjant  lhudi fl-injam gewwa Breslau fil-Germanja.  Meta kellha biss sentejn sfat iltima minn missierha.  Ommha kellha tithabat wahedha biex trabbi lil uliedha. Is-sekularizmu fil-Germanja fil-bidu tas-seklu 20 fisser li Edith u hutha kellhom jghaddu minn prova ta’ fidi li ghaddiethilhom ommhom u wehlu. Snin wara Edith kitbet hekk: “Meta kelli 14 il-sena ddecidejt bil-volonta’ tieghi li nieqaf mit-talb.”

 Bhala studentessa universitarja brillanti u b’interess qawwi fil-filosofija hija studjat fl-universita’ ta’ Gottingen taht il-professur maghruf Edmund Husserl.

Xhud tal-mewt

Aktar tard f’hajjitha hija attendiet program ta’ infermiera u malajr sabet ruhha fi sptar gewwa l-Awstrija fil-qalba tal-marda tat-tifu matul l-ewwel gwerra dinjija. Hija assistit waqt l-operazzjonijiet u kienet xhud ta’ imwiet ta’ hafna zaghzagh. Dan ma felithux.

Qabel ma ntemmet il-gwerra, hija harbet minn fuq il-front u segwiet lil Husserl fl-universita gewwa Freiburg.  Fis-sena 1917 hija akkwistat id-dottorat taghha summa cum laude fuq il-Problema ta’ Kumpassjoni.  Fit-tesi taghha hija kitbet hekk: “Kien hemm nies li emmnu li f’hajjithom sehhet xi haga mhux tas-soltu u li dan kien rizultat tal-grazzja ta’ Alla.”

Fil-katidral ta’ Frankfurt jum wiehed Edith baqghet mistghagba li rat mara semplici gejja mis-suq bil-basket tax-xiri u waqfet fil-knsija biex tnissel talba qasira. Kitbet: “ Din kienet xi haga mhux tas-soltu ghalija. Fis-sinagogi u knejjes protestanti li jiena zort in-niers kienu jidhlu ghas-servizzi.  Imma hawn rajt lil xi had gej dritt mis-suq fi knisja vojta bhallikieku kienet ser ikollha tahdita ntima. Din kienet xi haga li ma ninsa qatt.”

TIKKONVERTI GHALL-KATTOLICEZIMU

L-ewwel pass ghal-konverzjoni lejn il-kattolicezmu wasal meta Edith ghamlet zjara lil habibitha Mrs Reinach, armla, kawza tal-gwerra. “Din kienet l-ewwel laqgha tieghi mas-Salib u l-qawwa divina li jixhet fuq dawk li jgorruh bis-sabar. Kien il-mument meta fih Kristu beda’ jixhet id-dawl tieghu fuqi – Kristu fil-misteru tas-Salib”

Ghalkemm kellha dottorat, Edith ma kelliex permess li tghallem fuq livell univeristarju ghaliex kienet mara. Snin wara meta n-nisa lahqu professuri, hija kienet imcahhda ghax kienet lhudija.

Minghajr ebda tama li ssib impjieg hija regghet lura lejn darha fi Breslau fejn fix- xhur li segwew hija setghet taqra l-Gdid Testment u l-Ezercizzji Spiritwali ta’ San Injazju minn Loyola.

Fis-sajf tas-sena 1921 Edith qrat il-biografija ta’ Santa Tereza ta’ Avila u baqghet il-lejl kollha taqraha. “Meta jiena temmejt naqra hajjitha ghidt lili nnifsi Din hi l-verita.”- Hekk kitbet.

 Fl-1 ta’ Jannar 1922 fl-eta ta’ 31 sena Edith rceviet is-sagrament tal-Maghmudija. Kompliet l-istudju taghha taht il-gwida ta’ l-Abbati Benedittin  tal-monasteru ta’ Beuron biex aktar tard irceviet is-sagrament tal-Gizma ta’ l-Isqof minghand l-isqof ta’ Speyer fil-kappella privata tieghu.  Ghal ghaxar snin shah hija kienet tghallem il-germaniz u l-istorja fil-kunvent tas-sorijiet dumnikani gewwa Speyer. Fis-sena 1932 hija kienet tati lezzjonijiet taht l-awspici kattolica fl-Universita ta’ Munster.

Ghalkemm xtaqet tidhol soru karmelitana, l-isqof kien tal-parir kuntrarju. “Kemm zmien qabel kif ukoll wara l-konverzjoni tieghi ghall-Kristjanezmu kont nahseb li meta wiehed jghix il-hajja religjuza kienet tfisser li jrid ihalli dak kollu li hu tad-dinja u jiffoka mohhu fuq il-hwejjeg divini biss. Gradwalment tghallimt li hwejjeg ohra huma mistennija minna hawn fid-dinja…”

Stein kellha pinna tajba hafna. Hija qalbet l-ittri u d-djarji tal-kardinal Newman kif ukoll l-opra “Quaestiones Disputatae de Veritate” ta’ San Tumas d’Aquino.

Fis-sena 1933, Hitler tela’ fil-poter.  In-Nazi ghamluha haga mpossibli li Edith tkompli tghallem minhabba li kienet lhudija. “Smajt li kien hemm misuri horox kontra l-lhud. Id-destin taghhom issa jkun tieghi wkoll,” kitbet Edith, “ Jekk jiena ma nistax inkompli fil-Germanja, ma jezistu ebda opportunitajiet ohra hawn, Jiena sirt barranija fid-dinja.”

TIDHOL SORU KARMELITANA

Hija ddecidiet li tidhol soru Karmelitana fil-kunvent ta’ Colgne. Fis-sena 1938

Edith Stein issa maghrufa bhala sor Tereza tas-Salib Imqaddes kitbet hekk: “Jiena nifhem li s-salib hu destin ghall-poplu ta’ Alla, li beda’ jidher sa mis-sena 1933.  Issa naf ahjar xi jfisser li tkun mizzewweg mas-Sinjur bis-sinjal tas-salib.  Madankollu had ma jista’ qatt jifhem is-salib ghax dan hu misteru.”

“ Dawk li jinghaqdu ma’ l-Ordni Karmelitan ma nqatghux mill-gheziez taghhom. Bil-maqlub l-gheziez taghhom rebhuhom, billi hija sejha taghna li nitolbu lil Alla ghalihom,” hija kitbet fil-31 ta’ Ottubru 1938. “ Jiena nahseb fir-Regina Ester li giet mehuda mill-poplu taghha ghaliex Alla ried li hija titlob lir-re hniena ghan-nom tan-nazzjon taghha. Jiena l-Ester il-fqira u bla sahha, imma r-re li ghazilni huwa immensament kbir u hanin.  Dan hu ta’ wens kbir.”

Ghaxart ijiem wara qamet rewwixta kbira kontra l-lhud germanizi u s-superjura ta’ Edit hadmet disperament biex tghaddiha bil-mohbi mill-fruntiera ghall-kunvent iehor karmelitan gewwa Echt fl-Olanda. Hemm Edith kitbet hekk:  Id-Duttur tal-knisja tal-Misticismu u Missier il-Karmelitani, Giovanni tas-Salib, fl-okazzjoni ta’ l-400 sena mit-twelid tieghu 1542 – 1942.

IL-GESTAPO TARRESTAHA.

Edith Stein giet arrestata mill-Gestapo fit-2 ta’ Awissu filwaqt li kienet titlob fil-kappella mas-sorijiet hutha. Tawha biss 5 minuti biex thalli l-kunvent flimkien ma’ ohtha Swor Rosa, soru ohra. L-ahhar kelmiet taghha kienu ndirizzati lil Rosa: ¨Ejja  ser immorru ghall-poplu taghna.”

L-arrest taghha flimkien ma’ insara lhud ohra kien att nazista ta’ retaljazzjoni kontra ittra ta’ protesta li hargu l-isqfijiet kattolici germanizi kontra d-deportazzjoni tal-lhud u l-massakru taghhom. Fis-7 ta’ Awissu 1942 kmieni filghodu gew deportati f’ Auschwitz.  It-taghrif li ghandna jindika li probabilment fid-9 ta’ Awissu Edith u Rosa gew mitfugha fil-kamra tal-gass u hemm maqtula.

IL-MIRAKLU TAL-KANONIZAZZJONI

Il-miraklu li kien il-bazi tal-kanonizazzjoni taghha kien il-fejqan ta’ tifla zghira jisimiha Tereza Benedicta McCarthy li belghet doza qawwija ta’ medicina li hutha kienu qed jiehdu bhala medicina kontra l-influwenza. Din id-droga kellha effet devastanti fuq sahhitha tant li l-isptar iddikjarawha kaz bla tama. Missierha talab l-intercessjoni ta’ Stein biex bintu ma titlifx hajjitha. U hekk kien. L-infermiera  u t-tabib Dr. Ronald Kleinman kollha baqghu mistghagba meta raw lit-tifla regghet hadet sahhitha mill-gdid, hekk li l-ispecjalista Kleinman stqarr li da nil-fejqan kien wiehed mirakoluz.

Santa Edith Stein giet beatifikata gewwa Cologne fis-sena 1987 u kanonizata fis-sena 1998. Gwann Pawlu II qal li l-knisja “tbaxxi rasha quddiem bint Izrael, li  bhala Kattolika quddien il-persekuzzjoni nazista baqghet fidila kemm lejn Kristu Mislub u kif ukoll bhala Lhudija baqghet wild awtentika lejn il-poplu taghha f’imhabba fidila.

 

IR-RELIKWARJU TA’ EDITH 

 


Make a free website with Yola