jesusandmary

  

IL-GENNA


Nghiduha bla tlaqlieq ta’ xejn:  IL-GENNA TEZISTI. Santu Wistin jafferma li l-Iskrittura Mqaddsa titkellem bosta drabi mill-genna u tezortana biex nahdmu ghal dan il-post.  Li ma kienx hekk il-hajja ta’ Gesu’ ma kien ikollha ebda sens, it-taghlim tieghu, it-tbatijiet tieghu, il-mewt tieghu, il-qawmien tieghu  kienu jkunu bla siwi ghaliex l-iskop ta’ dawn kienu li ninfdew mid-dnub u nakkwistaw l-Genna.

Kwazi f’kull pagna ta’ l-evangelju Kristu jkellimna fuq il-Genna, fuq il-hajja eterna, fuq ir-renju tas-smewwiet, fuq il-kuruna tal-glorja, fuq il-festa tat-tieg, etc, espressjonijiet li ghandhom riferenza ghall-Genna.

Ftit ezempji jghinuna nifhmu dan:

Bil-Vangelu f’idejna naqraw :

Iz-zaghzugh li resaq fuq Gesu’ u staqsieh x’ghandu jaghmel biex jakkwista il-hajja eterna. (Matt 19 versi 16 -21)

Fil-vangelu ta’ San Mattew Kap 20 versi 1-7 insibu lil Gesu’ jirrakonta l-parabbola ta’ sid ta’ ghalqa li johrog f’diversi hinijiet biex isib haddiema ghax-xoghol. Kull haddiema ha l-paga u l-hlas li haqqu. Din l-istorja tibghatilna messagg car u tond li hlas hemm ghal min ikun  instab fidil mhux biss matul hajtu, izda anke ghal dawk li jkunu kkonvertew fl-ahhariet ta’  hajjithom bhalma ma gara lill- halliel ikkonvertit .

Mattew Kap 25  versi 31 – 46 jirrakonta li fil-Gudizzju Universali Kristu jistieden lill-fidili tieghu biex jidhlu fil-premju ta’ dejjem.

Il-Genna tezisti ghax Alla huwa gust infinitament.  Jippremja lit-tajbin u jikkastiga lil hziena.  Jekk inti bniedem ta’ l-art tesercita gustizzja  u tiggudika persuna  jisthoqqilha premju u tifhir ghal hwejjeg tajba li twettaq, allura kemm izjed Alla jezercita l-gustizzja tieghu b’mod l-aktar perfett u jaghti premju misthoqq li dawk li jinstabu li kienu fidili meta jidhru quddiemu u jibghat fil-kastig etern lil dawk li warrbu l-ligi tieghu u dehru quddiemu fl-istat tad-dnub?

Fuq il-genna San Pawl li f’estasi ra xi haga minn dan il-premju etern jghid biss  la ghan qatt ma rat, la widna qatt ma semghet, u la qatt dahal f’qalb ta’ bniedem, x’lesta Alla ghal dawk li jhobbuh. Il-kelma umana ma tistax tesprimi dak li hass u sema’ San Pawl u dan ghaliex ahna mdorrijin li niffurmaw l-idejat taghna fuq dak li jaqa’ taht is-sensi taghna. Ghaldaqstant hu difficli li niffurmaw idea anki approssimattiva tal-Genna.

Il-knisja fil-katekizmu taghha tghallem li l-genna hija tgawdija eterna ta’ Alla, il-felicita’ taghna.  Hemm ma jezistix id-dulur jew tribulazzjoni bhalma jezistu hawn fid-dinja. Hemm nghixu ghal dejjem fil-ferh li akkwistajna lil Alla. It-tbatijiet li ngorru maghna fid-dinja, jigifieri s-sofferenzi tal-gisem, ta’ l-ispirtu u tal-qalb ma jidhlux maghna ‘l hemm mill-bieb tal-genna .

Fil-Genna ngawdu minn kull haga tajba.

Barra l-assenza totali tat-tbatija, il-gisem taghna ma jkollu ebda mperfezzjoni. Ir-ruh taghna tkun mitlufa f’Alla l-Hallieq taghha; flimkien ma’ l-angli u l-beati maghqudin f’imhabba kbira, ingawdu felicita’ minghajr limiti u ghal dejjem.

Il-Barka ewlenija tal-Genna hija l-vizzjoni, il-pusses u t-tgawdija ta’ Alla kif inhu.  Pero’ naraw, nippossedu u ngawdu lil Alla wkoll fil-forma umana, ghaliex Gesu’ huwa Alla u bniedem.

Ta’ min jghid li Gesu’ jixbah lil dawk il-bnedmin ta’ rieda tajba, imma hu nfinitament bil-wisq aktar perfett. Jixbah lill-mahbubin ta’ din id-dinja, imma hu nfinitament bil-wisq aktar ihobb lil dawk li jinnamraw mieghu. Qieghed fi bniedem il-kwalitajiet sbieh kollha: Gesu’ huwa aktar minn hekk.  Gesu’ hu l-isbah, l-eqdes u l-aktar perfett fost il-holqien kollu.

Kemm inhossuna kburin li fid-dinja qdejna lil dan l-Imghallem wiehed tal-bnedmin u li habbejnih b’qalbna kollha, ruhna kollha u b’sahhitna kollha. U ta’ dan thallasna bla qies. Vicin Tieghu u ma’ Marija Ommu,l-Angli u l-Qaddisin ingawdu l-glorja ta’ Alla ghal dejjem…u ghal  dejjem.

Mieghu ngawdu wkoll il-prezenza ta’ Marija Ommu, l-aqwa kreatura li harget minn idejn Alla, l-aktar Pura, l-aktar Sabieha, l-aktar Qaddisa.

Ma’ l-angli u l-qaddisin nkantaw glorja lil Alla ghal dejjem.

Biex wiehed jidhol il-genna, irid jahdem ghaliha, bhalma l-haddiema jahdem ghas-salarju.  Ghaliha jrid ibati, ebda sold ma jigi wahdu.

Hekk ukoll il-premju tal-genna, in-nisrani irid ibati ghalih, imma meta jakkwistah ma johodulu hadd. Jghidilna Kristu: Thabtu biex tidhlu mill-bieb id-dejjaq ghax wiesa hu l-bieb u t-triq li jiehdu ghat-telfien.  Dejjaq hu l-bieb u t-triq li jwasslu ghall-hajja ta’ dejjem u ftit isibuha.

 

 

Make a free website with Yola