jesusandmary

IL-LATERAN

FIL-BIDU

 Fi zminijiet l- imghoddija rumani, l-art li fuqha hemm il-Bazilka tal-Lateran kienet propjeta’ tal-familja sinjura, Laterani. Din hija r-raguni li meta nirreferu ghal-Bazilka ta’ San Gwann nghidulha wkoll tal-Lateran. Il-bini tal-familja Laterani gie konfiskat mill-Imperatur Neruni wara li membru prominenti tal-familja Laterani gie akkuzat li ghamel kospirazzjoni kontra l-imperatur. Il-palazz tilef hafna mill-uzu tieghu antik u s-sit sar post tal-militar meta l-imperu bena’ barrakki ghall-kavalerija u fortizza fuq l-art okkupata.

 L-EWWEL BAZILKA

L-istorja tal-Katidral innifsu tibda 100 sena wara, meta l-ewwel imperatur nisrani Kostantinu  ha fil-pussess tieghu dan il-palazz bis-sahha ta’ zwieg. L-imperatur ghazel li jirregala dan il-palazz lill-knisja kattolika, Imbniet bazilka zghir li maz-zmien tkabbret u saret ir-residenza tal-Papa.

ID-DAR TA’ ALLA

 Il-Bazilka u l-palazz li jmiss maghha kienu uficcjalment miftuha mill-Papa Silvestru fis-sena 324 li fiha ddedika dan il-bini bhala id-Dar ta’ Alla. Gewwa l-Bazilka tqieghed it-tronn tal-Papa u kienet dikjarata bhala il-Katidral ta’ Ruma. Il-palazz tal-Lateran u l-Katidral kienu darbtejn dedikati. L-ewwel fl-10 seklu meta kien dedikat lil San Gwann Battista fl-okazzjoni tal-battisteru gdid li kien konsagrat ghal ewwel darba. It-tieni darba kien fit-12 il-seklu meta kien dedikat lil San Gwann Evangelista. Dawn iz-zewg qaddisin huma meqjusa bhala co patruni billi l-patrun principali huwa Kristu s-Salvatur.

IL-QERDA

Il-palazz tal-Lateran u l-katidral raw deterjorazzjoni kbira meta l-papat kien trasferit gewwa Avignon fi Franza. Dan kien periodu meta r-residenza papali marret fi Franza fi zmien li Klement V kien fuq it-tronn ta’ Pietru. Matul dan il-periodu sehhew zewg incidenti ta’ nirien li hallew il-Palazz u l-Katidral fi stat mizeru. Dan il-bini tilef l-isplendur li kellu, minkejja li l-papiet ta’ Avignon baghtu flus biex jigu mill-gdid rikostruiti u mizmuma fi stat tajjeb. Meta l-Papat rega’ lura gewwa Ruma dan il-bini kien meqjus perikoluz. Minhabba f’hekk imbena’ l-palazz hdejn il-Vatikan biex isir ir-residenza tal-Papat u hekk baqa’ sal-lum. Ghalkemm is-sit ma baqghax ir-residenza tal-papa, il-Papa Sistu V li kien il-bniedem responsabbli mill-ippjanar ta’ Ruma fis-16 il-seklu ghazel li jwaqqa’ kollox u jibni struttura mill-gdid kif inhi l-lum. Xi partijiet mill-katidral ma jmorrux lura fiz-zmien il-papa Sistu V. Hafna statwi fl-intern tal-katidral kienu mizjuda aktar tard matul is-seklu 18. Dan is-seklu kien jinkludi tigdid mill-qieh tal-faccata tal-katidral. Ix-xoghol spicca fis-sena 1735 u huwa dak li wiehed jista jammira l-lum. L-arkitett responsabbli kien Alessando Galilei. Il-Bazilka tal-Lateran hija l-eqdem bazilka mill-erba magguri gewwa Ruma u hija il-knisja katedrali ta’ Ruma. Hija ghalhekk is-sede ufficjali tal-Papa u dan il-katidral jiftahar li hu l-Omm knisja tad-dinja kollha. Hija tigi l-ewwel knisja anke qabel dik ta’ San Pietru .

 

ikklikja fuq din il-link u tista' taghmel zjara virtwali tal-Basilka.

link: http://www.vatican.va/various/basiliche/san_giovanni/vr_tour/index-en.html

Make a free website with Yola