jesusandmary

IL-VIRTU’ KARDINALI TAL-QAWWA.


F’xi hin jew iehor, ahna ser ikollna nhabbtu wiccna ma’ hwejjeg fil-hajja taghna, li jnisslu fina l-biza. Jista’ jkun li insibu ruhna bla xoghol, jew marda ghal gharrieda jew tbatija bla mistennija jew hwejjeg ohra  kon tra qalbna, dawn kollha jnisslu fina l-biza; il-biza huwa fatt tal-hajja.

Imma kif niffaccjaw dawn id-diffikultajiet u ma naqtghux qalbna? Billi nipprattikaw il-virtu tal-QAWWA.

Il-qawwa bħala virtu tgħinna negħlbu l-biża’ u nibqgħu sodi, quddiem kull tfixkil, determinati fir-rieda tagħna biex naghmlu dak li hu tajjeb. Din il-virtu kardinali tghinna biex nirbhu l-biza anke tal-mewt u nieqfu quddiem kull tribunal u persekuzzjonijiet. Tiddisponina biex nirrinunzjaw u nissagrifikaw lil istess hajjitna ghall-kawza gusta.

Fi ftit kliem din il-virtu tnissel fina hila biex naghzlu dak li hu tajjeb meta fina u madwarna ikunu qed ihegguna biex naharbu bil-biza’. Il-Qawwa tghin nkunu kapaci nieqfu kull hazen u tbatija biex naghmlu it-tajjeb.

Hafna minna li nghixu fl-Occident ma niffaccjawx periklu reali fuq bazi ta’ kuljum.  Imma hemm bosta opportunitajiet biex l-Qawwa taghna tahdem fina. Li wiehed irodd is-salib fuq il-karrozza qabel jibda’ xi vjagg jew jitlob pubblikament jew jghid it-talba ta’ qabel u wara l-ikel meta jkun qed jiekol mal-hbieb go xi restaurant jitlob ammont ta’ Qawwa u Kuraqgg biex ma tisthix turi l-fidi tieghek fil-pubbliku. U ftit huma dawk li jroddu s-Sinjal tas-Salib. Il-misthija tiehu precedenza fuq dak li jahsbu li ser jghidu min jarhom.

Quddiem il-kollas ta’ l-ordni morali u socjali fid-dinja occidentali, l-opportunita biex in-nisrani juri fibra hajja ta’ Qawwa hija haga reali.  Quddiem ghajnejna, dik li darba kienet civilizazzjoni kbira li fuqha imbniet il-fidi kattolika qieghda tnin naqra naqra u tintemm. L-attakki fuq dak kollu li hu tajjeb, sabih u verita’ f’isem it-tolleranza hija xi haga li qed nghixu madwarhom.

Il-vjolazzjoni tad-dritt tal-kelma huma haga komuni; il-vjolenza dejjem qed tikber sahansitra anke fl-iskejjel, it-tfal qed jigu abbuzati, il-familja qed taqa’ ftit ftit u titmermer, iz-zwieg qed jigi moghti defenizzjoni ohra u l-lista tikber u dejjem tikber. Frankament dan hu xi haga tal-biza’ u lkoll ghandna ghax nitwerwru x’nahsbu f’liema dinja t-tfal taghna u ta’ ghada ser isibu ruhhom.

Imma aktar milli nibzghu, jehtigilna nkunu kuraggjuzi quddiem dawn l-assalti morali. Issa aktar minn qatt qabel, nenhtiegu l-Qawwa biex niggieldu dan il-hazen. Bhala kattolici nsara ahna msejha biex lill-hazen nifqulu u nifhmuha li jidhru kemm jidhru suwed l-hwejjeg li ahna mdawrin bihom, fid-dinja jezisti wkoll tajjeb u jiswa’ hafna li niggieldu ghalih u niefqu lill- hazen.

Dan naghmluh bis-sahha tal-grazzja ta’ Alla li jaghitha lil min jitlobhielu.


Make a free website with Yola